Doing the Impossible, Swallowing the Sword, Cutting Through Fear: Dan Meyer | TEDxMaastricht
-
0:08 - 0:10Grazzi.
-
0:16 - 0:21Darba kien hemm re fl-Indja, Maharaja,
u għal għeluq sninu, ħareġ digriet -
0:21 - 0:24li l-kapijiet tal-ibliet kollha kellhom
iġibulu rigal ta' re. -
0:24 - 0:28Uħud minnhom ġabulu ħarir fin,
oħrajn xwabel sbieħ, -
0:28 - 0:29uħud ġabulu xi deheb.
-
0:29 - 0:33Fl-aħħar miss lil raġel żgħir,
xiħ u mkemmex -
0:33 - 0:37li biex wasal mir-raħal tiegħu
għadda ħafna jiem ibaħħar. -
0:37 - 0:41Hekk kif beda joqrob, iben ir-re staqsieh,
"X'rigal ġibtlu lir-Re?" -
0:41 - 0:45U x-xiħ fetaħ idu bilmod u wrieħ
-
0:45 - 0:50arzella mill-isbaħ, b'tidwiriet ta'
vjola u isfar, aħmar u blu. -
0:50 - 0:51U iben ir-Re qal,
-
0:51 - 0:54"Dan mhux rigal denju għar-Re!
X'rigal hu dak?" -
0:55 - 0:57Ix-xiħ għolla ħarstu bilmod
lejh u qal, -
0:58 - 1:01"Mixja twila...parti mir-rigal."
-
1:01 - 1:03(Daħka ġenerali)
-
1:03 - 1:06Dalwaqt,
ser intikom rigal, -
1:06 - 1:08rigal li nemmen għandkom
ixxerdu mal-oħrajn. -
1:08 - 1:10Imma qabel nagħtikom ir-rigal,
-
1:10 - 1:12ejjew miegħi fuq mixja twila.
-
1:12 - 1:14Bħal ħafna minnkom,
-
1:14 - 1:15bdejt ħajti bħala tifel żgħir.
-
1:15 - 1:17Kemm minnkom bdew ħajjithom
bħala tfal żgħar? -
1:17 - 1:19Twelidtu żgħar?
-
1:19 - 1:20Ok...nofskom twelidtu hekk...
-
1:21 - 1:22(Daħka ġenerali)
-
1:22 - 1:25U l-bqija? X'ġara?
Twelidtu diġà kbar? -
1:25 - 1:28Nixtieq niltaqa' m'ommkom!
-
1:28 - 1:29Kont naħseb li mpossibli!
-
1:31 - 1:35Bħala tifel żgħir, dejjem kelli dik
il-kilba biex nagħmel l-impossibli. -
1:36 - 1:39Illum jum li ili nistennih ħafna snin,
-
1:39 - 1:41għax illum ser
nipprova nagħmel -
1:41 - 1:44dak li għalija mpossibli,
hawn, quddiem għajnejkom, -
1:44 - 1:45hawn f'TEDxMaastricht.
-
1:46 - 1:48Ser nibda billi
-
1:49 - 1:51ngħidilkom kif se nagħlaq:
-
1:51 - 1:53U ser nurikom kif
-
1:53 - 1:55l-impossibbli mhux impossibbli.
-
1:55 - 1:58U se ntemm kollox billi ntikom
rigal biex taqsmuh mal-oħrajn: -
1:58 - 2:01Ser nurikom li tistgħu twettqu
l-impossibbli f'ħajjitkom. -
2:03 - 2:05Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq
l-impossibbli, sibt li -
2:05 - 2:08hemm żewġ affarijiet komuni
għal kulħadd madwar id-dinja. -
2:08 - 2:10Kulħadd jibża',
-
2:10 - 2:12u kulħadd joħlom.
-
2:13 - 2:18Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq
l-impossibbli, sibt li -
2:18 - 2:20għamilt tlett affarijiet
tul is-snin -
2:20 - 2:23li ġiegħluni nagħmel l-impossibbli:
-
2:24 - 2:27Dodgeball, jew kif issejħulu "Trefbal",
-
2:27 - 2:28Superman,
-
2:28 - 2:29u nemusa.
-
2:29 - 2:31Tlett kelmiet ċentrali.
-
2:31 - 2:34Issa tafu għalfejn inwettaq
l-impossibbli f'ħajti. -
2:34 - 2:36Ser nurikom il-mixja tiegħi,
mixja twila -
2:36 - 2:39mill-biża' għall-ħolm,
-
2:39 - 2:41mill-kliem għax-xwabel,
-
2:41 - 2:43mid-Dodgeball
-
2:43 - 2:44sa' Superman
-
2:44 - 2:45sa' nemusa.
-
2:46 - 2:47U nispera li nurikom
-
2:47 - 2:50kif tistgħu twettqu l-impossibbli
f'ħajjitkom. -
2:52 - 2:55L-4 t'Ottubru 2007.
-
2:56 - 2:57Qalbi kienet qed tħabbat mija mija,
-
2:57 - 2:59irkuptejja jirtogħdu hekk
-
2:59 - 3:01kif tlajt fuq il-palk tat-teatru
-
3:01 - 3:03Sanders fl-Università ta'
Harvard biex -
3:03 - 3:06naċċetta l-premju Ig Nobel fil-Mediċina
tal-2007 -
3:06 - 3:09għal riċerka li ħdimt fuqha
ma' ħaddieħor -
3:09 - 3:10jisimha "Sword Swallowing...
-
3:10 - 3:12... and its Side Effects".
-
3:12 - 3:13(Daħka ġenerali)
-
3:14 - 3:18Ġiet pubblikata f'rivista
ċkejkna li qatt ma kont qrajt qabel. -
3:18 - 3:20il-British Medical Journal.
-
3:21 - 3:25U għalija, dik kienet ħolma impossibbli
li saret realtà, -
3:25 - 3:28kienet sorpriża mhux mistennija
għal xi ħadd bħali, -
3:28 - 3:31kien unur li qatt mhu ser ninsa.
-
3:31 - 3:35Imma ma kinetx l-iktar parti
memorabbli ta' ħajti. -
3:36 - 3:38Fl-4 t'Ottubru 1967,
-
3:38 - 3:40dat-tifel imbeżża, mistħi, niexef u
bla sinsla -
3:41 - 3:43kien mimli biżgħat.
-
3:43 - 3:46Kif kien qed jipprepara biex
jitla' fuq palk, -
3:46 - 3:47qalbu kienet tħabbat mija mija,
-
3:48 - 3:49irkuptejh jirtogħodu.
-
3:50 - 3:52Prova jiftaħ ħalqu biex jitkellem,
-
3:56 - 3:58imma l-kliem ma setgħux joħorġu.
-
3:58 - 4:00Baqa' hemm jitriegħed, jibki.
-
4:01 - 4:02Weħel bil-biża' paniku li qabdu,
-
4:02 - 4:04ffriża bil-biża'.
-
4:04 - 4:06Dat-tifel imbeżża', mistħi, niexef u
bla sinsla -
4:06 - 4:08kien ibagħati minn ħafna biżgħat.
-
4:09 - 4:10Kien jibża' mid-dlam,
-
4:11 - 4:12mill-għoli,
-
4:12 - 4:13mill-brimb u mis-sriep...
-
4:13 - 4:15Hawn min minnkom jibża' mill-brimb
u s-sriep? -
4:15 - 4:17Iva, hawn ftit minnkom...
-
4:17 - 4:19Kien jibża' mill-ilma u
mill-klieb -il baħar -
4:19 - 4:22Biża' mit-tobba, l-infermiera
u d-dentist, -
4:22 - 4:25mil-labar, mit-trapani u
mill-ħġejjeġ li jaqtgħu. -
4:25 - 4:27Imma kellu biża' ikbar
milli minn dawn - biża' -
4:27 - 4:28minn nies.
-
4:29 - 4:32Dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef
u bla sinsla -
4:32 - 4:33kien jien.
-
4:33 - 4:37Kelli biża' mill-falliment u
li ma nkunx aċċettat, -
4:37 - 4:39stima baxxa tiegħi innifsi,
-
4:39 - 4:43kumpless ta' inferjorità u xi ħaġa li dak
iż-żmien lanqas konna sibna- -
4:43 - 4:45problema ta' ansjetà soċjali.
-
4:45 - 4:49Billi kont imbeżża, il-bullies
kienu jinkuni u jsawwtuni. -
4:49 - 4:52Kienu jiddieħku bija u jgħajjruni,
ma kinux iħalluni nilgħab -
4:52 - 4:54magħhom.
-
4:55 - 4:58Ah, kien hemm logħba li kienu
jħalluni nilgħab... -
4:58 - 4:59Dodgeball -
-
5:00 - 5:01u ma kontx naf nevità l-ballun.
-
5:02 - 5:04Il-bullies kienu jsejjħu ismi,
-
5:04 - 5:06u jien kont inħares u nara
ballun aħmar stramb -
5:06 - 5:08ġej għal wiċċi b'veloċità
supersonika -
5:08 - 5:10bam, bam, bam!
-
5:11 - 5:13U niftakar f'ħafna jiem,
miexi lura d-dar mill-iskola -
5:13 - 5:18wiċċi kien aħmar u jniggeż,
widnejja kienu ħomor u jsaffru. -
5:18 - 5:21Għajnejja ħomor bid-dmugħ,
-
5:21 - 5:24u kliemhom jidwi f'widnejja.
-
5:24 - 5:25Darba xi ħadd qal,
-
5:25 - 5:29"Sticks and stones can break my bones,
but words will never hurt me"... -
5:29 - 5:30Hija gidba.
-
5:30 - 5:32Il-kliem jista' jaqta' bħal
sikkina. -
5:32 - 5:34Il-kliem jistgħu jinfdu bħal xabla.
-
5:34 - 5:36Il-kliem jista' jagħmel feriti tant
-
5:36 - 5:38fondi li ma jidhrux.
-
5:38 - 5:41Allura kelli ħafna biża'.
U l-kliem kienu l-ikbar għadu tiegħi. -
5:41 - 5:42Għadhom sal-lum.
-
5:43 - 5:45Imma kelli wkoll il-ħolm.
-
5:45 - 5:48Kont immur id-dar
u ninħeba fil-komiks ta' Superman -
5:48 - 5:50u kont naqra l-komiks ta' Superman
-
5:50 - 5:53u kont noħlom li nkun super-eroj
bħal Superman. -
5:53 - 5:56Ridt niġġieled għall-verità u l-
ġustizzja, -
5:56 - 5:59ridt niġġieled kontra l-kattivi
u l-kriptonite, -
5:59 - 6:03ridt intir madwar id-dinja, inwettaq
atti super-umani u nsalva l-ħajjiet. -
6:03 - 6:06Kont affaxxinat ukoll bl-affarijiet
li kienu veri. -
6:06 - 6:09Kont qrajt il-Gusiness Book of World
Records u Believe it or Not ta' Ripley. -
6:10 - 6:13Hawn min minnkom qara l-Gusiness Book
of World Records jew ta' Ripley? -
6:13 - 6:14Dawk kotba li nħobb!
-
6:14 - 6:16Rajt nies ta' vera jagħmlu
affarijiet ta' vera. -
6:16 - 6:18U għedt, irrid nagħmel
bħalhom. -
6:18 - 6:19Jekk il-bullies ma jħallunix
-
6:19 - 6:21nilgħab fl-isports tagħhom,
-
6:21 - 6:23irrid nagħmel il-maġija,
ħġejjeġ impressjonanti. -
6:23 - 6:27Irrid nagħmel xi ħaġa kbira li
dawk il-bullies ma jistgħux jagħmlu. -
6:27 - 6:29Irrid insib dak li jien
magħmul għalih, -
6:29 - 6:31irrid inkun naf li ħajti
tfisser xi ħaġa, -
6:31 - 6:33irrid nagħmel xi ħaġa ma titwemminx
li tibdel id-dinja; -
6:33 - 6:37irrid nuri li l-impossibbli
mhux impossibbli. -
6:38 - 6:40Naqżbu għal 10 snin wara -
-
6:40 - 6:43Kienet il-ġimgħa qabel nagħlaq
21 sena. -
6:43 - 6:47Seħħew ġiex affarijiet f'jum wieħed
li kellhom jibdluli ħajti għal dejjem. -
6:47 - 6:49Kont qed ngħix Tamil Nadu,
fin-nofsinhar tal-Indja -
6:50 - 6:51Kont missjunarju hemm,
-
6:51 - 6:53u l-parrinu (mentor), il-ħabib tiegħi
staqsa -
6:53 - 6:55"Daniel, għandek Thromes?"
-
6:55 - 6:57U jien għedt, "Thromes?
X'inhuma Thromes?" -
6:57 - 7:00Qalli, "Thromes huma objettivi
ċentrali għal ħajtek. -
7:00 - 7:05Huma il-ħolm u l-objettivi,
bħal per eżempju jekk tista' -
7:05 - 7:07tagħmel dak li trid,
tmur fejn trid -
7:07 - 7:08tkun min trid,
-
7:08 - 7:09fejn tmur?
X'tagħmel? -
7:09 - 7:10Min tkun?
-
7:11 - 7:13Weġibtu "Ma nistax nagħmel hekk!
Nibża' wisq! Għandi ħafna biżgħat!" -
7:13 - 7:18Dak il-lejl ħadt il-lizar tar-ross tiegħi
fuq il-bejt tal-bungalow, -
7:18 - 7:19ferrixtu taħt l-istilel,
-
7:19 - 7:22u qgħadt nara l-friefet il-lejl
jgħoddsu għan-nemus. -
7:22 - 7:26U ma stajt naħseb fuq xejn ħlief thromes,
ħolm u objettivi, -
7:26 - 7:28u l-bullies bil-blalen tad-dodgeball.
-
7:29 - 7:31Stenbaħt ftit sigħat wara.
-
7:31 - 7:34Qalbi kienet tħabbat mija mija,
irkuptejja kienu jirtogħdu. -
7:34 - 7:36Did-darba ma kinetx il-biża'.
-
7:36 - 7:38Ġismi kien qed jintilef.
-
7:38 - 7:40U għall-ħamest ijiem ta' wara
-
7:40 - 7:44kont qed niġi f' u nitlef sensija,
fuq is-sodda tal-mewt niġġieled għal-ħajti -
7:44 - 7:48Moħħi kien qed jinxtewa
b'105 deni tal-malarja. -
7:48 - 7:52U meta niġi f'sensija kont qed naħseb
biss fuq it-thromes. -
7:52 - 7:54Ħsibt,
"X'irrid nagħmel b'ħajti?" -
7:54 - 7:56Fl-aħħar, fil-lejl ta' qabel għalaqt
21 sena, -
7:56 - 7:58f'ħin fejn kont ċar,
-
7:58 - 8:00fhimt:
-
8:00 - 8:02Indunajt li dik in-nemusa żgħira,
-
8:03 - 8:05Anopheles Stephensi,
-
8:05 - 8:07dik in-nemusa żgħira
-
8:07 - 8:08li tiżen inqas minn
5 mikro grammi -
8:08 - 8:10inqas minn farka melħ,
-
8:10 - 8:13jekk dik in-nemusa setgħet toqtol
raġel ta' 80 kilo, -
8:13 - 8:15indunajt li dik kienet
il-kriptonite tiegħi. -
8:15 - 8:17Imbgħad fhimt,
le, le, mhux in-nemusa -
8:17 - 8:19Dik kienet il-parassita fin-nemusa
-
8:19 - 8:23Plasmodium Falciparum,
li toqtol iktar minn miljun fis-sena. -
8:24 - 8:26Imbgħad fhimt
Le le, iżgħar minn hekk, -
8:26 - 8:29imma għalija, dehret ħafna ikbar.
-
8:29 - 8:30Fhimt,
-
8:30 - 8:31il-biża' kienet il-kriptonite
tiegħi -
8:31 - 8:32il-parassita tiegħi,
-
8:32 - 8:35li żammitni lura u pparalizzatni
tul ħajti kollha. -
8:35 - 8:38Kif tafu, hemm differenza
bejn il-periklu u l-biża'. -
8:38 - 8:40Il-periklu jeżisti.
-
8:40 - 8:42Il-biża' hija għażla.
-
8:42 - 8:44U fhimt li kelli għażla:
-
8:44 - 8:48Stajt ngħix fil-biża', u mmut fallut
dak il-lejl -
8:49 - 8:52jew stajt noqtol il-biża',
u stajt -
8:52 - 8:56infittex li ngħix il-ħolm tiegħi,
nieħu ċans ngħix il-ħajja. -
8:57 - 9:00U kif tafu, meta tkun fuq is-sodda
tal-mewt tiffaċja l-mewt, -
9:00 - 9:04hemm tkun verament trid tgħix il-ħajja.
-
9:04 - 9:07Fhimt li kulħadd imut,
imma mhux kulħadd jgħix. -
9:08 - 9:10Ngħixu għax immutu.
-
9:10 - 9:12Meta titgħallem tmut,
-
9:12 - 9:13titgħallem verament tgħix.
-
9:13 - 9:15Dak il-lejl iddeċidejt li kont ser
-
9:15 - 9:16nibdel l-istorja tiegħi.
-
9:17 - 9:18Ma ridtx immut.
-
9:18 - 9:20Għalhekk għedt talba żgħira. Għedt
-
9:20 - 9:22"O Alla, jekk tħallini ngħix
sakemm nagħlaq 21, -
9:22 - 9:25daqshekk ħallejt lill-
biża' tikkmandali ħajti. -
9:25 - 9:27Ser noqtol il-biżgħat tiegħi,
-
9:27 - 9:30ser ngħix il-ħolm tiegħi,
-
9:30 - 9:31ser nibdel l-attitudni tiegħi,
-
9:31 - 9:34irrid nagħmel xi ħaġa kbira b'ħajti,
-
9:34 - 9:36irrid insib l-iskop tiegħi,
-
9:36 - 9:39irrid insir naf li l-impossibbli mhux
impossibbli." -
9:39 - 9:43Mhux se ngħidlkom jekk għextx jew le
wara dak il-lejl. Pruvaw aqtgħu. -
9:43 - 9:44(Daħka ġenerali)
-
9:44 - 9:47Imma dak il-lejl għamilt lista
tal-ewwel 10 Thromes tiegħi: -
9:47 - 9:50Iddeċidejt li ridt inżur il-
kontinenti prinċipali -
9:50 - 9:52inżur is-Seba' Meravilji
tad-Dinja -
9:52 - 9:53nitgħallem skoss ilsna,
-
9:53 - 9:55ngħix fuq gżira waħdi,
-
9:55 - 9:56ngħix fuq vapur fl-oċejan,
-
9:56 - 9:59ngħix ma' tribù Indjani fl-
Amazonja, -
9:59 - 10:01nitla' l-itwal muntajnja fl-
Iżvezja, -
10:01 - 10:03ridt nara tlugħ ix-xemx mill-
Everest -
10:03 - 10:05ridt naħdem fil-mużika
f'Nashville, -
10:05 - 10:07ridt naħdem f'ċirku,
-
10:07 - 10:09ridt naqbeż minn ajruplan.
-
10:09 - 10:12Fl-20 sena li ġew wara, irnexxieli
nagħmel ħafna minn dawk it-Thromes -
10:12 - 10:15Kull darba li naqta' throme mil-lista
-
10:15 - 10:18kont inżid 5 jew 10 oħra mal-lista
u l-lista tiegħi baqgħet tikber. -
10:19 - 10:23Għas-seba' snin ta' wara, għext fuq
gżira żgħira fil-Bahamas -
10:23 - 10:25għal madwar seba' snin
-
10:25 - 10:27f'għarix,
-
10:29 - 10:34naqbad il-klieb u l-ħamiem -il baħar
biex niekol, waħdi fuq il-gżira -
10:34 - 10:36liebes dublett taċ-ċaruta,
-
10:37 - 10:39u tgħallimt ngħum mal-klieb -il baħar.
-
10:39 - 10:41Minn hemm, mort il-Messiku,
-
10:41 - 10:45imbgħad mort fil-baċin tax-xmara Amazonja
fl-Ekwador, -
10:45 - 10:48Pujo Pongo Ekwador,
għext ma' tribù hemm, -
10:48 - 10:52u biċċa biċċa bdejt nikseb
il-kunfidenza grazzi għat-thromes: -
10:52 - 10:55Bdejt naħdem fil-mużika f'
Nashville, imbgħad l-Iżvezja, -
10:55 - 10:58mort Stokkolma,
hemm ħdimt fil-mużika, -
10:58 - 11:02u tlajt il-quċċata tal-muntajna Kebnekaise
fuq iċ-Ċirku Artiku. -
11:03 - 11:05Tgħallimt nagħmilha ta' buffu,
-
11:05 - 11:06il-juggling,
-
11:06 - 11:07kif nimxi fuq il-pilastri,
-
11:07 - 11:10kif nirkeb rota waħda,
niekol in-nar u niekol il-ħġieġ. -
11:10 - 11:14Fl-1997 smajt li kien fadal inqas minn
12-il belliegħ tax-xwabel -
11:14 - 11:15u għedt,
"Irrid inkun bħalhom!" -
11:15 - 11:18Iltqajt ma' belliegħ tax-xwabel,
u tlabtu jgħinni. -
11:18 - 11:20Qalli, "Iva ntik 2 suġġerimenti:
-
11:20 - 11:22L-ewwel: Perikoluża ħafna,
-
11:22 - 11:24mietu n-nies jagħmluha.
-
11:24 - 11:25It-tieni:
-
11:25 - 11:26Tippruvahiex!"
-
11:26 - 11:28(Daħka ġenerali)
-
11:28 - 11:30Għalhekk żidtha mal-lista
tat-thromes. -
11:30 - 11:33U pprattikajt
10 sa 12-il darba kuljum, kull jum -
11:34 - 11:35għal 4 snin.
-
11:35 - 11:37U issa ħdimtha...
-
11:37 - 11:404 x 365 [x12]
-
11:40 - 11:43Madwar 13,000 prova
li ma rnexxietx -
11:43 - 11:45qabel irnexxieli nniżżel xabla
f'gerżumti fl-2001. -
11:46 - 11:48Fl-istess żmien niżżilt throme
-
11:48 - 11:51li kelli nsir l-ikbar espert fid-dinja
tal-bliegħ tax-xwabel. -
11:51 - 11:54Allura fittixt għal ktieb,
magażin, artikli tal-gazzetti, -
11:54 - 11:58kull rapport mediku,
studjajt il-fiżjoloġija, l-anatomija -
11:58 - 12:00tkellimt ma' tobba u nfermiera,
-
12:00 - 12:02laqqajt il-belliegħa tax-xwabel kollha,
-
12:02 - 12:04ħloqna Sword Swallowers
Association International -
12:04 - 12:06u għamilna riċerka medika
ta' sentejn dwar il- -
12:06 - 12:09Bliegħ tax-xwabel u
l-effetti mhux mixtieqa -
12:09 - 12:11li ġiet ippubblikata fil-
British Medical Journal. -
12:11 - 12:12(Daħka ġenerali)
-
12:12 - 12:13Grazzi.
-
12:13 - 12:18(Ċapċipa)
-
12:18 - 12:22U tgħallimt xi affarijiet affaxxinanti
dwar il-bliegħ tax-xwabel. -
12:22 - 12:25Affarijiet li qatt ma ħsibtu fihom qabel
imma wara llejla tibqgħu tiftakruhom. -
12:25 - 12:29Id-darba li jmiss li tkunu d-dar u taqtgħu
biċċa laħam bis-sikkina -
12:29 - 12:32jew xabla, jew il-"bestek" tagħkom,
se taħsbu f'din... -
12:34 - 12:37Tgħallimt li l-bliegħ tax-xwabel
beda l-Indja - -
12:37 - 12:40hemm fejn rajtu jsir l-ewwel darba
meta kelli 20 sena - -
12:40 - 12:42madwar 4000 sena ilu, madwar 2000 Q.K.
-
12:42 - 12:46Fl-aħħar 150 sena, il-belliegħa tax-xwabel
intużaw -
12:46 - 12:47fil-kampijiet tax-xjenza u l-mediċina
-
12:47 - 12:51biex jiżviluppaw l-endoskopu dritt
fl-1868 -
12:51 - 12:54ta' Dr. Adolf Kussmaul
fi Freibug il-Ġermanja. -
12:54 - 12:57Fl-1906, l-elektrokardjogramma f'Wales,
-
12:57 - 13:00biex jistudja il-problemi tal-bliegħ
u d-diġestjoni, -
13:00 - 13:02bronkoskopi u dat-tip
ta' ħġejjeġ. -
13:02 - 13:04Imma fl-aħħar 150 sena,
-
13:04 - 13:08nafu b'mijiet ta' korrimenti u numru
ta' mwiet... -
13:08 - 13:15Minn naħa għandek l-endoskopu dritt ta'
Dr. Adolf Kussmaul. -
13:15 - 13:19Imma sibna li kien hemm 29 mewt
fl-aħħar 150 sena -
13:19 - 13:22inkluża dik ta' belliegħ tax-xwabel
minn Londra li nifed qalbu bix-xabla. -
13:23 - 13:25Sibna wkoll li jkun hemm bejn 3 u 8
-
13:25 - 13:28korrimenti serji kull sena minħabba
l-bliegħ tax-xwabel. -
13:28 - 13:30Naf għax iċempluli.
-
13:30 - 13:31Kelli biss 2,
-
13:31 - 13:34waħda mill-Iżvezja u waħda minn Orlando,
fil-ġimgħat li għaddew, -
13:34 - 13:37belliegħa tax-xwabel li jinsabu l-isptar
għax weġġgħu. -
13:37 - 13:39Hija perikoluża ħafna.
-
13:39 - 13:42Il-ħaġa l-oħra li tgħallimt hija li
għal ħafna nies, -
13:42 - 13:44biex jitgħallmu jibilgħu ix-xwabel,
idumu bejn -
13:44 - 13:46sentejn u għaxar snin.
-
13:46 - 13:48Iżda l-iktar skoperta affaxxinanti
għalija kienet -
13:48 - 13:51kif il-belliegħa tax-xwabel jitgħallmu
jagħmlu l-impossibbli. -
13:51 - 13:53U ser ngħidilkom sigriet żgħir:
-
13:54 - 13:58Taħsbux fuq id-99.9% li
huwa mpossibbli. -
13:58 - 14:02Iffukaw fuq dak il-.1% li huwa possibli
u araw kif ser twettquh. -
14:03 - 14:06Issa ħalluni ndaħħalkom f'moħħ
il-belliegħ tax-xwabel. -
14:06 - 14:09Biex tibla' xabla, teħtieġ
il-meditazzjoni tal-moħħ fuq il-ġisem, -
14:09 - 14:12konċentrazzjoni estrema,
u eżattezza biex tifhem l-organi -
14:12 - 14:16ġewwiena tal-ġisem u tirbaħ
kontra r-riflessi awtomatiċi tal-ġisem -
14:16 - 14:20b'sinopsi tal-moħħ imtejjba,
b'memorja muskolari -
14:20 - 14:24u bi prattika ta' iktar minn
10,000 darba. -
14:24 - 14:28Issa ħalluni noħodkom mixja fil-ġisem
ta' belliegħ tax-xwabel. -
14:28 - 14:30Biex tibla' xabla,
-
14:30 - 14:32jeħtieġli nżerżaq ix-xafra fuq ilsieni,
-
14:32 - 14:35inwaqqaf ir-rifless
fl-esofagu ċervikali, -
14:35 - 14:38indawwar dawra ta' 90 grad
fl-epiglottite, -
14:38 - 14:41ngħaddi mill-isfintere tal-esofagu
cricofarinġju ta' fuq, -
14:41 - 14:43inwaqqaf ir-rifless peristalsiku
-
14:43 - 14:44inżerżaq ix-xafra fil-fetħa ta' sidri
-
14:44 - 14:46bejn il-pulmun.
-
14:46 - 14:48Hawnhekk,
-
14:48 - 14:50irrid nimbotta qalbi lejn il-ġenb.
-
14:50 - 14:52Jekk tħarsu bir-reqqa,
-
14:52 - 14:54taraw it-taħbit ta' qalbi max-xabla
-
14:54 - 14:56għax qed tmiss mal-qalb u mifruda biss
-
14:56 - 14:59b'wieħed minn tmienja
ta' pulzier ta' tessut tal-esofagu. -
14:59 - 15:01Din mhux xi ħaġa li tista'
tirreċtaha. -
15:01 - 15:03Imbgħad irrid ngħaddiha bejn
l-għadma tas-sider, -
15:03 - 15:06mill-isfintere tal-esofagu
cricofarinġju t'isfel sal-istonku -
15:06 - 15:09inwaqqaf ir-rifless tal-istonku u
nwassalha sad-duodenum. -
15:09 - 15:10Affarijiet żgħar.
-
15:10 - 15:11(Daħka ġenerali)
-
15:11 - 15:13Kieku kelli nkompli nieżel,
-
15:13 - 15:18nasal sat-tubi Fallopjani tiegħi.
(Bl-Olandiż) Tubi Fallopjani! -
15:18 - 15:21L-irġiel tistgħu issaqsu lil
martkom wara dwar dawk... -
15:22 - 15:24In-nies jistaqsuni, jgħiduli,
-
15:24 - 15:27"Għandek ħafna kuraġġ biex
tirriskja ħajtek, -
15:27 - 15:29biex timbotta qalbek,
u tibla' xabla..." -
15:29 - 15:30Le. Għandu bżonn kuraġġ
-
15:30 - 15:33dak it-tifel imbeżża', mistħi,
niexef u bla sinsla -
15:33 - 15:36biex jirriskja l-falliment
u li ma jkunx aċċettat, -
15:36 - 15:37biex jiftaħ qalbu beraħ
-
15:37 - 15:38u jneħħi l-kburija
-
15:38 - 15:41u jitla' hawn quddiem
ħafna barranin -
15:41 - 15:44u jgħidilkom l-istorja tiegħu
dwar il-biżgħat u l-ħolm -
15:44 - 15:48u jqerr kollox magħkom.
-
15:48 - 15:49Qed taraw - grazzi.
-
15:49 - 15:54(Ċapċipa)
-
15:54 - 15:56Qed taraw, l-ħaġa hija
-
15:56 - 15:59li dejjem ridt nagħmel xi ħaġa kbira
f'ħajti u -
15:59 - 16:00issa rnexxieli.
-
16:00 - 16:03Iżda l-iktar ħaġa mpressjonanti mhux
li issa kapaċi nibla' -
16:03 - 16:0521 xabla f'daqqa,
-
16:08 - 16:10jew 20 pied taħt l-ilma f'tank
ma' 88 kelb u ħamiem -il baħar -
16:10 - 16:12għal Believe It or Not ta' Ripley
-
16:14 - 16:18jew imsaħħna sa' 1500 grad għal
Superhumans ta' Stan Lee -
16:18 - 16:19bħala "Man of Steel"
-
16:20 - 16:22u vera kienet taħraq!
-
16:22 - 16:25Jew li niġbed karozza b'xabla għal
Ripley -
16:25 - 16:26jew Guiness,
-
16:26 - 16:29jew li nasal sal-finali ta'
America's Got Talent, -
16:29 - 16:32jew li nirbaħ il-Premju Ig Nobel
fil-Mediċina tal-2007. -
16:32 - 16:34Le, dak mhux impressjonanti.
-
16:34 - 16:36Dak x'jaħsbu n-nies.
Imma le, le, le. Mhux dik. -
16:36 - 16:38Il-ħaġa mpressjonanti hija
-
16:38 - 16:41li Alla ħa lil dak it-tfajjel imbeżża'
mistħi, niexef u bla -
16:41 - 16:42sinsla, li kien jibża'
mill-għoli -
16:42 - 16:44mill-ilma u l-
klieb -il baħar -
16:44 - 16:46mit-tobba, mill-infermiera
l-labar u l-ħġejjeġ li -
16:46 - 16:48jaqtgħu
li jkellem lin-nies -
16:48 - 16:50u ħallieni ndur id-dinja
-
16:50 - 16:51f'għoli ta' 30,000 pied
-
16:51 - 16:54nibla' l-ħġejjeġ li jaqtgħu taħt l-ilma
f'tankijiet -
16:54 - 16:57mimlija klieb -il baħar, nitkellem mat-
tobba u l-infermiera u nies bħalkom -
16:57 - 17:00madwar id-dinja.
Dik impressjonanti għalija. -
17:00 - 17:01Dejjem ridt nagħmel l-impossibli -
-
17:01 - 17:02Grazzi.
-
17:02 - 17:04(Ċapċipa)
-
17:04 - 17:05Grazzi.
-
17:06 - 17:09(Ċapċipa)
-
17:10 - 17:13Dejjem ridt nagħmel l-impossibbli u issa
hekk qed nagħmel. -
17:13 - 17:16Ridt nagħmel xi ħaġa impressonanti b'
ħajti u nibdel id-dinja, -
17:16 - 17:17u hekk qed nagħmel.
-
17:17 - 17:20Dejjem ridt indur id-dinja,
nagħmel affarijiet super-umani -
17:20 - 17:21u nsalva l-ħajjiet, u issa qed
-
17:21 - 17:23nagħmel hekk.
U tafu xiex? -
17:23 - 17:26Għad fadal parti żgħira mill-
ħolma ta' dak it-tfajjel -
17:26 - 17:27ġewwa fija.
-
17:30 - 17:36(Daħka ġenerali)(Ċapċipa)
-
17:37 - 17:40Dejjem fittixt li nsib l-iskop ta' ħajti
-
17:40 - 17:42u issa sibtu.
-
17:42 - 17:43Imma tafu xiex?
-
17:43 - 17:46Mhux bix-xwabel, mhux li qed taħsbu,
mhux bil-kapaċitajiet tiegħi. -
17:46 - 17:49Iżda bid-djufija tiegħi, bi kliemi.
-
17:49 - 17:51L-iskop ta' ħajti huwa li nibdel id-dinjda
-
17:51 - 17:52billi nirbaħ lill-biża',
-
17:52 - 17:55xabla, xabla, kelma, kelma
-
17:55 - 17:57sikkina, sikkina, ħajja, ħajja,
-
17:58 - 18:00biex nispira lin-nies ikunu super-eroj
-
18:00 - 18:02u jagħmlu l-impossibbli f'ħajjithom.
-
18:02 - 18:05L-iskop tiegħi huwa li ngħin lill-oħrajn
isibu l-iskop. -
18:05 - 18:06X'inhu tiegħek?
-
18:06 - 18:07X'inhu l-iskop tiegħek?
-
18:07 - 18:09Għalfejn ġejt fid-dinja?
-
18:09 - 18:12Nemmen li kollha kemm aħna
super-eroj. -
18:12 - 18:14X'inhi s-super kapaċità tiegħek?
-
18:15 - 18:18F'dinja ta' iktar minn 7 biljun
persuna, -
18:18 - 18:20fadal inqas minn 50 belliegħa
tax-xwabel -
18:20 - 18:22madwar id-dinja,
-
18:22 - 18:23iżda hemm wieħed biss minnek.
-
18:23 - 18:24Inti uniku/a
-
18:24 - 18:26X'inhi l-istorja tiegħek?
-
18:26 - 18:28X'jagħmlek differenti?
-
18:28 - 18:29Irrakkonta l-istorja tiegħek,
-
18:29 - 18:32anke jekk leħnek irqiq u jitriegħed.
-
18:32 - 18:33X'inhuma t-thromes tiegħek?
-
18:33 - 18:36Jekk tista' tagħmel li trid?
tkun min trid, tmur fejn trid - -
18:36 - 18:37X'tagħmel?
Fejn tmur? -
18:37 - 18:38X'tagħmel?
-
18:38 - 18:40Xi trid tagħmel b'ħajtek?
-
18:40 - 18:42X'inhu l-ħolm tiegħek?
-
18:42 - 18:44X'kont toħlom bħala tfajjel?
Ftakar. -
18:44 - 18:46Imħatra li mhux dil-ħajja, eh?
-
18:46 - 18:48X'kien l-ikbar ħolm tiegħek?
-
18:48 - 18:50li kien tant stramb u mhux ċar?
-
18:50 - 18:54Imħatra li dan kollu qed jurik li dak
il-ħolm mhux tant stramb wara kollox? -
18:55 - 18:57X'inhi x-xabla tiegħek?
-
18:57 - 18:59Kull wieħed minnkom
għandu xabla, -
18:59 - 19:01taqta' minn żewġ naħat -
biża' u ħolm. -
19:01 - 19:04Ibla' x-xabla tiegħek,
hi x'inhi. -
19:04 - 19:06Għixu l-ħolm tagħkom, sinjuri
-
19:06 - 19:09qatt m'hu tard wisq biex
tkunu min tridu tkunu. -
19:10 - 19:13Lil dawk il-bullies bil-blalen
tad-dodgeball li ħasbu -
19:13 - 19:15li qatt ma kont ser nagħmel l-impossibbli,
-
19:15 - 19:18nixtieq ngħidilhom ħaġa waħda:
-
19:18 - 19:19Grazzi.
-
19:19 - 19:22Għax kieku ma kienx għall-kattivi,
ma jkollniex super-eroj. -
19:23 - 19:27Qiegħed hawn biex nuri li l-impossibbli
mhux impossibbli. -
19:28 - 19:32Din perikoluża ħafna,
taf toqtolni. -
19:32 - 19:34Nispera li togħġobkom.
-
19:34 - 19:35(Daħka)
-
19:36 - 19:39Se neħtieġ l-għajnuna tagħkom għal din.
-
19:47 - 19:48Udjenza: Tnejn, tlieta.
-
19:48 - 19:52Dan Meyer: Le, le, le. Neħtieġ l-għajnuna
biex ngħodd, kulħadd, ok? -
19:52 - 19:53(Daħka)
-
19:53 - 19:56Jekk tafu l-kliem? Ok?
Għoddu miegħi. Lesti? -
19:56 - 19:57Wieħed.
-
19:57 - 19:58Tnejn.
-
19:58 - 19:59Tlieta.
-
19:59 - 20:01Le, dak 2, imma fhimtu.
-
20:07 - 20:08Udjenza: Wieħed.
-
20:08 - 20:09Tnejn.
-
20:09 - 20:10Tlieta.
-
20:11 - 20:13(Stagħġib)
-
20:14 - 20:16(Ċapċipa)
-
20:16 - 20:17DM: Yeah!
-
20:17 - 20:23(Ċapċipa)(Ferħ)
-
20:23 - 20:25Grazzi ħafna.
-
20:25 - 20:29Grazzi , grazzi , grazzi .
Grazzi minn qiegħ qalbi. -
20:29 - 20:31Jew le, grazzi
minn qiegħ l-istonku tiegħi. -
20:32 - 20:35Għedtilkom li ġejt hawn biex nagħmel
l-impossibbli u hekk għamilt. -
20:35 - 20:38Imma dan ma kienx impossibbli.
Nagħmel hekk kuljum. -
20:38 - 20:43L-impossibbli kien għal dak it-tfajjel
imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla -
20:43 - 20:45jaffaċja l-biża' u jitla' fuq
palk, -
20:45 - 20:47u li jibdel id-dinja,
kelma kelma, -
20:47 - 20:49xabla, xabla, ħajja, ħajja.
-
20:49 - 20:52Jekk għentkom taħsbu b'modi ġodda,
jekk għentkom temmnu -
20:52 - 20:54li l-impossibbli mhux impossibli,
-
20:54 - 20:58jekk għentkom tifhmu li tistgħu
tagħmlu l-impossibbli f'ħajjitkom, -
20:58 - 21:01allura xogħoli hawn lest,
u għalikom għadu jibda. -
21:01 - 21:04Qatt tieqfu toħolmu. Qatt tieqfu temmnu.
-
21:05 - 21:06Grazzi talli emmintu fija
-
21:06 - 21:08u grazzi talli kontu parti minn
ħolmti. -
21:08 - 21:10U dan huwa r-rigal tiegħi:
-
21:10 - 21:11L-impossibbli mhux...
-
21:11 - 21:13Udjenza: Impossibbli.
-
21:13 - 21:15Il-mixja twila parti mir-rigal.
-
21:15 - 21:20(Ċapċipa)
-
21:20 - 21:21Grazzi.
-
21:21 - 21:25(Ċapċipa)
-
21:26 - 21:28(Ferħ)
-
21:28 - 21:30Preżentatur: Grazzi, Dan Meyer, wow!
- Title:
- Doing the Impossible, Swallowing the Sword, Cutting Through Fear: Dan Meyer | TEDxMaastricht
- Description:
-
http://CuttingEdgeInnertainment.com Ever want to be a superhero and do the impossible? Dan Meyer believes no matter how extreme our fears or how wild our dreams, we each have the potential to be superheroes, do the impossible, and change the world! Winner of the 2007 Ig Nobel Prize in Medicine at Harvard, director of a humanitarian aid agency working with orphans in Kazakhstan, and 39x world record holder and leading expert in one of the world's oldest and most dangerous arts - sword swallowing - Meyer is passionate about inspiring people to do the impossible and change the world. What most people don't know is that he grew up with social anxiety disorder and extreme fears, teased and bullied by the bullies.
In his first TEDx talk, Meyer describes his journey from extreme fears to extreme feats, coward to courageous, outcast to outlier, wimp to world record holder, loser to Ig Nobel Prize winner, and quitter to finalist on America's Got Talent. In his talk, Dan describes his quest to overcome the limitations of human nature, perform superhuman feats, and change the world. He reveals the secrets to the science of sword swallowing and the art of doing the impossible, and secrets for how YOU can do the impossible in YOUR life!
http://CuttingEdgeInnertainment.com Dan Meyer is a 39x World Champion Sword Swallower, multiple Ripley's Believe It or Not with 7 Guinness World Records, known as the world's leading expert in sword swallowing as president of the Sword Swallowers Association International and winner of the 2007 Ig Nobel Prize in Medicine at Harvard for sword swallowing medical research.
As a performer, Dan Meyer is best known as the "Most Dangerous Act" that wowed the judges on America's Got Talent to Las Vegas and Hollywood, for his dangerous feats and extreme daredevil stunts such as swallowing swords underwater in a tank of SHARKS for Ripley's Believe It or Not, for swallowing a sword heated to 1500 degrees RED HOT for Stan Lee's Superhumans, swallowing 29 swords at once and for PULLING a 3700 lb CAR by swallowed sword for Ripley's Believe It or Not Baltimore.
As a global TEDx and motivational inspirational speaker, Dan speaks on overcoming obstacles and doing the impossible at TEDx, PINC, Ig Nobel, and Ignite talks at corporate, science, medical, college, Upward Unlimited, and youth events around the world with his most requested TEDx talk, "Doing the Impossible, Swallowing the Sword, Cutting through Fear": http://youtu.be/v7tqyim1qhw
Watch Dan Meyer win the 2007 Ig Nobel Prize in Medicine at Harvard:
http://youtu.be/qA3Re1PYIFMWatch Dan swallow swords in a tank of SHARKS for Ripley's Believe It or Not!
http://youtu.be/z6B75dceSUEWatch Dan WOW the judges on America's Got Talent as the MOST DANGEROUS ACT:
http://youtu.be/_Aw7EkIsYK0Watch Dan swallow a FLAMING sword and CURVED sword on Americas Got Talent Las Vegas Semi-Finals:
http://youtu.be/GLwxq3ESSaQFrom the AGT Las Vegas Semi-Finals, Meyer went on as a Top 50 Finalist as a AGT Wildcard to America's Got Talent Finals in Los Angeles in 2008.
Watch Dan swallow 7 swords at ONCE and a sword heated to 1500 degrees RED-HOT for Stan Lee's Superhumans on History Channel:
http://youtu.be/Ohz5NjPHUvsWatch Dan swallow a 100-year old SAW and 15 SWORDS AT ONCE for AOL Weird News:
http://youtu.be/Q2SOoyn5g80rWatch Dan Meyer EAT GLASS and swallow a GLOWING LIGHT SABER on Ricki Lake Show:
http://youtu.be/rZuRppfLFzkWatch Dan Meyer PULL a CAR by swallowed sword for Ripley's Believe It or Not Baltimore:
http://youtu.be/_t-c_XoGNdkStill don't believe sword swallowing is real? Want Scientific PROOF?
Check out X-ray fluoroscopes filmed at Vanderbilt Medical Center for Stan Lee's Superhumans:
http://youtu.be/Uv7Gkfrno4A
http://youtu.be/44psv4RzgOg
http://youtu.be/aMc6-gJJWRAConnect with Sword Swallower Dan Meyer:
http://CuttingEdgeInnertainment.com
http://www.SwordSwallower.net
http://www.youtube.com/CapnCutless
http://facebook.com/halfdan
http://twitter.com/HalfdanHave Dan Meyer speak and perform at YOUR event!
http://CuttingEdgeInnertainment.com
http://www.ScienceSpeaker.com
http://www.MedicalSpeaker.net
http://www.MuseumSpeaker.net
http://www.CollegeSpeaker.co
http://www.Xtremespeaker.com
http://www.theYouthSpeaker.com
http://www.UpwardSpeaker.netSUBSCRIBE
http://youtube.com/subscription_center?add_user=CapnCutless"Doing the Impossible, Swallowing the Sword, Cutting Through Fear: The Art and Science of Doing the Impossible" Sword Swallower Dan Meyer speaks at science and medical events, TEDx events, corporate, college, and youth events around the world.
avaleur de sabre, Schwertschlucker, degenslikker, degen slikker, swaardslikker, zwaardslikker svärdslukare, sverdsluker, sværdsluger, sabelsluger, sabel sluger, sverðgleypir, engolidor de espadas, jogador de espadas, tragasables, mangiatore di spade, mangiaspade, ingioatore di spade, miekannielijä, mőőganeelaja
- Video Language:
- English
- Duration:
- 21:39