0:00:08.380,0:00:09.561 Grazzi. 0:00:16.270,0:00:21.200 Darba kien hemm re fl-Indja, Maharaja,[br]u għal għeluq sninu, ħareġ digriet 0:00:21.200,0:00:24.200 li l-kapijiet tal-ibliet kollha kellhom[br]iġibulu rigal ta' re. 0:00:24.400,0:00:28.370 Uħud minnhom ġabulu ħarir fin,[br]oħrajn xwabel sbieħ, 0:00:28.370,0:00:29.490 uħud ġabulu xi deheb. 0:00:29.490,0:00:32.659 Fl-aħħar miss lil raġel żgħir,[br]xiħ u mkemmex 0:00:32.659,0:00:36.630 li biex wasal mir-raħal tiegħu[br]għadda ħafna jiem ibaħħar. 0:00:36.630,0:00:41.150 Hekk kif beda joqrob, iben ir-re staqsieh,[br]"X'rigal ġibtlu lir-Re?" 0:00:41.457,0:00:44.750 U x-xiħ fetaħ idu bilmod u wrieħ 0:00:44.750,0:00:49.600 arzella mill-isbaħ, b'tidwiriet ta'[br]vjola u isfar, aħmar u blu. 0:00:50.160,0:00:51.380 U iben ir-Re qal, 0:00:51.460,0:00:54.400 "Dan mhux rigal denju għar-Re![br]X'rigal hu dak?" 0:00:54.600,0:00:57.400 Ix-xiħ għolla ħarstu bilmod [br]lejh u qal, 0:00:57.590,0:01:00.750 "Mixja twila...parti mir-rigal." 0:01:01.060,0:01:02.560 (Daħka ġenerali) 0:01:02.900,0:01:05.970 Dalwaqt,[br]ser intikom rigal, 0:01:05.970,0:01:08.270 rigal li nemmen għandkom[br]ixxerdu mal-oħrajn. 0:01:08.290,0:01:10.050 Imma qabel nagħtikom ir-rigal, 0:01:10.050,0:01:11.960 ejjew miegħi fuq mixja twila. 0:01:12.160,0:01:13.740 Bħal ħafna minnkom, 0:01:13.740,0:01:15.320 bdejt ħajti bħala tifel żgħir. 0:01:15.320,0:01:17.460 Kemm minnkom bdew ħajjithom[br]bħala tfal żgħar? 0:01:17.460,0:01:18.510 Twelidtu żgħar? 0:01:18.740,0:01:20.500 Ok...nofskom twelidtu hekk... 0:01:20.570,0:01:21.590 (Daħka ġenerali) 0:01:21.820,0:01:24.910 U l-bqija? X'ġara?[br]Twelidtu diġà kbar? 0:01:25.060,0:01:27.640 Nixtieq niltaqa' m'ommkom! 0:01:27.820,0:01:29.460 Kont naħseb li mpossibli! 0:01:30.560,0:01:34.740 Bħala tifel żgħir, dejjem kelli dik[br]il-kilba biex nagħmel l-impossibli. 0:01:35.620,0:01:38.880 Illum jum li ili nistennih ħafna snin, 0:01:38.880,0:01:41.000 għax illum ser[br]nipprova nagħmel 0:01:41.020,0:01:43.620 dak li għalija mpossibli,[br]hawn, quddiem għajnejkom, 0:01:43.620,0:01:45.460 hawn f'TEDxMaastricht. 0:01:45.800,0:01:48.160 Ser nibda billi 0:01:48.760,0:01:50.880 ngħidilkom kif se nagħlaq: 0:01:51.220,0:01:52.640 U ser nurikom kif 0:01:52.640,0:01:54.940 l-impossibbli mhux impossibbli. 0:01:55.300,0:01:58.210 U se ntemm kollox billi ntikom[br]rigal biex taqsmuh mal-oħrajn: 0:01:58.210,0:02:01.350 Ser nurikom li tistgħu twettqu[br]l-impossibbli f'ħajjitkom. 0:02:02.660,0:02:05.420 Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq[br]l-impossibbli, sibt li 0:02:05.420,0:02:08.229 hemm żewġ affarijiet komuni [br]għal kulħadd madwar id-dinja. 0:02:08.229,0:02:09.870 Kulħadd jibża', 0:02:09.870,0:02:11.640 u kulħadd joħlom. 0:02:12.900,0:02:17.560 Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq[br]l-impossibbli, sibt li 0:02:17.560,0:02:20.100 għamilt tlett affarijiet[br]tul is-snin 0:02:20.110,0:02:23.290 li ġiegħluni nagħmel l-impossibbli: 0:02:24.200,0:02:26.900 Dodgeball, jew kif issejħulu "Trefbal", 0:02:27.290,0:02:28.360 Superman, 0:02:28.460,0:02:29.460 u nemusa. 0:02:29.460,0:02:30.810 Tlett kelmiet ċentrali. 0:02:30.810,0:02:33.500 Issa tafu għalfejn inwettaq[br]l-impossibbli f'ħajti. 0:02:33.610,0:02:36.220 Ser nurikom il-mixja tiegħi,[br]mixja twila 0:02:36.320,0:02:38.680 mill-biża' għall-ħolm, 0:02:38.740,0:02:40.980 mill-kliem għax-xwabel, 0:02:41.160,0:02:42.740 mid-Dodgeball 0:02:42.850,0:02:44.020 sa' Superman 0:02:44.020,0:02:45.340 sa' nemusa. 0:02:45.800,0:02:47.360 U nispera li nurikom 0:02:47.360,0:02:49.900 kif tistgħu twettqu l-impossibbli[br]f'ħajjitkom. 0:02:52.480,0:02:54.934 L-4 t'Ottubru 2007. 0:02:55.840,0:02:57.360 Qalbi kienet qed tħabbat mija mija, 0:02:57.370,0:02:59.020 irkuptejja jirtogħdu hekk 0:02:59.020,0:03:00.710 kif tlajt fuq il-palk tat-teatru 0:03:00.710,0:03:03.150 Sanders fl-Università ta' [br]Harvard biex 0:03:03.150,0:03:06.160 naċċetta l-premju Ig Nobel fil-Mediċina[br]tal-2007 0:03:06.160,0:03:08.660 għal riċerka li ħdimt fuqha[br]ma' ħaddieħor 0:03:08.660,0:03:10.270 jisimha "Sword Swallowing... 0:03:10.420,0:03:11.740 ... and its Side Effects". 0:03:11.870,0:03:13.275 (Daħka ġenerali) 0:03:13.840,0:03:17.880 Ġiet pubblikata f'rivista[br]ċkejkna li qatt ma kont qrajt qabel. 0:03:18.460,0:03:20.419 il-British Medical Journal. 0:03:21.360,0:03:24.740 U għalija, dik kienet ħolma impossibbli[br]li saret realtà, 0:03:24.900,0:03:28.120 kienet sorpriża mhux mistennija[br]għal xi ħadd bħali, 0:03:28.130,0:03:31.459 kien unur li qatt mhu ser ninsa. 0:03:31.459,0:03:34.539 Imma ma kinetx l-iktar parti[br]memorabbli ta' ħajti. 0:03:35.540,0:03:37.640 Fl-4 t'Ottubru 1967, 0:03:38.020,0:03:40.260 dat-tifel imbeżża, mistħi, niexef u[br]bla sinsla 0:03:41.100,0:03:43.120 kien mimli biżgħat. 0:03:43.460,0:03:45.579 Kif kien qed jipprepara biex[br]jitla' fuq palk, 0:03:45.579,0:03:47.234 qalbu kienet tħabbat mija mija, 0:03:47.500,0:03:49.162 irkuptejh jirtogħodu. 0:03:49.780,0:03:52.120 Prova jiftaħ ħalqu biex jitkellem, 0:03:56.490,0:03:58.130 imma l-kliem ma setgħux joħorġu. 0:03:58.130,0:04:00.040 Baqa' hemm jitriegħed, jibki. 0:04:00.630,0:04:02.360 Weħel bil-biża' paniku li qabdu, 0:04:02.360,0:04:03.760 ffriża bil-biża'. 0:04:03.960,0:04:06.130 Dat-tifel imbeżża', mistħi, niexef u[br]bla sinsla 0:04:06.130,0:04:08.212 kien ibagħati minn ħafna biżgħat. 0:04:08.649,0:04:10.330 Kien jibża' mid-dlam, 0:04:10.520,0:04:11.640 mill-għoli, 0:04:11.640,0:04:13.040 mill-brimb u mis-sriep... 0:04:13.040,0:04:15.140 Hawn min minnkom jibża' mill-brimb[br]u s-sriep? 0:04:15.280,0:04:16.660 Iva, hawn ftit minnkom... 0:04:16.660,0:04:19.079 Kien jibża' mill-ilma u [br]mill-klieb -il baħar 0:04:19.079,0:04:21.939 Biża' mit-tobba, l-infermiera[br]u d-dentist, 0:04:21.939,0:04:24.680 mil-labar, mit-trapani u[br]mill-ħġejjeġ li jaqtgħu. 0:04:24.680,0:04:27.380 Imma kellu biża' ikbar[br]milli minn dawn - biża' 0:04:27.470,0:04:28.470 minn nies. 0:04:29.380,0:04:31.750 Dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef[br]u bla sinsla 0:04:31.750,0:04:32.570 kien jien. 0:04:33.320,0:04:36.697 Kelli biża' mill-falliment u[br]li ma nkunx aċċettat, 0:04:37.300,0:04:39.120 stima baxxa tiegħi innifsi, 0:04:39.120,0:04:42.840 kumpless ta' inferjorità u xi ħaġa li dak[br]iż-żmien lanqas konna sibna- 0:04:42.840,0:04:44.660 problema ta' ansjetà soċjali. 0:04:44.955,0:04:48.610 Billi kont imbeżża, il-bullies[br]kienu jinkuni u jsawwtuni. 0:04:48.610,0:04:52.240 Kienu jiddieħku bija u jgħajjruni,[br]ma kinux iħalluni nilgħab 0:04:52.300,0:04:54.260 magħhom. 0:04:55.020,0:04:58.056 Ah, kien hemm logħba li kienu[br]jħalluni nilgħab... 0:04:58.100,0:04:59.427 Dodgeball - 0:04:59.500,0:05:01.443 u ma kontx naf nevità l-ballun. 0:05:01.760,0:05:03.500 Il-bullies kienu jsejjħu ismi, 0:05:03.500,0:05:05.970 u jien kont inħares u nara[br]ballun aħmar stramb 0:05:05.970,0:05:08.200 ġej għal wiċċi b'veloċità[br]supersonika 0:05:08.210,0:05:09.950 bam, bam, bam! 0:05:10.580,0:05:13.220 U niftakar f'ħafna jiem, [br]miexi lura d-dar mill-iskola 0:05:13.300,0:05:18.180 wiċċi kien aħmar u jniggeż,[br]widnejja kienu ħomor u jsaffru. 0:05:18.180,0:05:21.140 Għajnejja ħomor bid-dmugħ, 0:05:21.180,0:05:23.515 u kliemhom jidwi f'widnejja. 0:05:23.740,0:05:25.000 Darba xi ħadd qal, 0:05:25.020,0:05:28.660 "Sticks and stones can break my bones,[br]but words will never hurt me"... 0:05:28.880,0:05:30.131 Hija gidba. 0:05:30.310,0:05:31.980 Il-kliem jista' jaqta' bħal[br]sikkina. 0:05:31.980,0:05:34.030 Il-kliem jistgħu jinfdu bħal xabla. 0:05:34.210,0:05:36.040 Il-kliem jista' jagħmel feriti tant 0:05:36.040,0:05:37.780 fondi li ma jidhrux. 0:05:38.150,0:05:41.140 Allura kelli ħafna biża'.[br]U l-kliem kienu l-ikbar għadu tiegħi. 0:05:41.260,0:05:42.491 Għadhom sal-lum. 0:05:43.355,0:05:45.300 Imma kelli wkoll il-ħolm. 0:05:45.300,0:05:47.980 Kont immur id-dar[br]u ninħeba fil-komiks ta' Superman 0:05:47.980,0:05:49.774 u kont naqra l-komiks ta' Superman 0:05:49.774,0:05:53.440 u kont noħlom li nkun super-eroj[br]bħal Superman. 0:05:53.480,0:05:56.240 Ridt niġġieled għall-verità u l-[br]ġustizzja, 0:05:56.240,0:05:58.680 ridt niġġieled kontra l-kattivi[br]u l-kriptonite, 0:05:58.680,0:06:02.895 ridt intir madwar id-dinja, inwettaq[br]atti super-umani u nsalva l-ħajjiet. 0:06:03.400,0:06:05.850 Kont affaxxinat ukoll bl-affarijiet[br]li kienu veri. 0:06:05.860,0:06:09.450 Kont qrajt il-Gusiness Book of World[br]Records u Believe it or Not ta' Ripley. 0:06:09.660,0:06:13.080 Hawn min minnkom qara l-Gusiness Book[br]of World Records jew ta' Ripley? 0:06:13.100,0:06:14.390 Dawk kotba li nħobb! 0:06:14.390,0:06:16.340 Rajt nies ta' vera jagħmlu[br]affarijiet ta' vera. 0:06:16.340,0:06:17.790 U għedt, irrid nagħmel[br]bħalhom. 0:06:17.790,0:06:19.330 Jekk il-bullies ma jħallunix 0:06:19.330,0:06:21.030 nilgħab fl-isports tagħhom, 0:06:21.030,0:06:23.335 irrid nagħmel il-maġija,[br]ħġejjeġ impressjonanti. 0:06:23.335,0:06:26.659 Irrid nagħmel xi ħaġa kbira li[br]dawk il-bullies ma jistgħux jagħmlu. 0:06:26.659,0:06:28.609 Irrid insib dak li jien[br]magħmul għalih, 0:06:28.609,0:06:30.529 irrid inkun naf li ħajti[br]tfisser xi ħaġa, 0:06:30.529,0:06:33.320 irrid nagħmel xi ħaġa ma titwemminx[br]li tibdel id-dinja; 0:06:33.320,0:06:36.960 irrid nuri li l-impossibbli[br]mhux impossibbli. 0:06:38.340,0:06:40.240 Naqżbu għal 10 snin wara - 0:06:40.240,0:06:42.706 Kienet il-ġimgħa qabel nagħlaq[br]21 sena. 0:06:42.819,0:06:46.799 Seħħew ġiex affarijiet f'jum wieħed[br]li kellhom jibdluli ħajti għal dejjem. 0:06:47.040,0:06:49.391 Kont qed ngħix Tamil Nadu,[br]fin-nofsinhar tal-Indja 0:06:49.540,0:06:51.020 Kont missjunarju hemm, 0:06:51.020,0:06:53.090 u l-parrinu (mentor), il-ħabib tiegħi[br]staqsa 0:06:53.090,0:06:54.720 "Daniel, għandek Thromes?" 0:06:54.720,0:06:57.440 U jien għedt, "Thromes?[br]X'inhuma Thromes?" 0:06:57.440,0:07:00.490 Qalli, "Thromes huma objettivi[br]ċentrali għal ħajtek. 0:07:00.490,0:07:04.630 Huma il-ħolm u l-objettivi,[br]bħal per eżempju jekk tista' 0:07:04.630,0:07:07.240 tagħmel dak li trid,[br]tmur fejn trid 0:07:07.240,0:07:08.309 tkun min trid, 0:07:08.309,0:07:09.286 fejn tmur?[br]X'tagħmel? 0:07:09.286,0:07:10.300 Min tkun? 0:07:11.040,0:07:13.420 Weġibtu "Ma nistax nagħmel hekk![br]Nibża' wisq! Għandi ħafna biżgħat!" 0:07:13.420,0:07:17.800 Dak il-lejl ħadt il-lizar tar-ross tiegħi[br]fuq il-bejt tal-bungalow, 0:07:17.810,0:07:19.259 ferrixtu taħt l-istilel, 0:07:19.259,0:07:21.869 u qgħadt nara l-friefet il-lejl[br]jgħoddsu għan-nemus. 0:07:21.869,0:07:26.200 U ma stajt naħseb fuq xejn ħlief thromes,[br]ħolm u objettivi, 0:07:26.200,0:07:28.360 u l-bullies bil-blalen tad-dodgeball. 0:07:28.760,0:07:30.730 Stenbaħt ftit sigħat wara. 0:07:31.220,0:07:33.940 Qalbi kienet tħabbat mija mija,[br]irkuptejja kienu jirtogħdu. 0:07:34.080,0:07:36.020 Did-darba ma kinetx il-biża'. 0:07:36.420,0:07:38.395 Ġismi kien qed jintilef. 0:07:38.500,0:07:40.180 U għall-ħamest ijiem ta' wara 0:07:40.330,0:07:44.199 kont qed niġi f' u nitlef sensija,[br]fuq is-sodda tal-mewt niġġieled għal-ħajti 0:07:44.199,0:07:48.239 Moħħi kien qed jinxtewa[br]b'105 deni tal-malarja. 0:07:48.390,0:07:51.600 U meta niġi f'sensija kont qed naħseb[br]biss fuq it-thromes. 0:07:51.600,0:07:53.820 Ħsibt,[br]"X'irrid nagħmel b'ħajti?" 0:07:53.950,0:07:56.380 Fl-aħħar, fil-lejl ta' qabel għalaqt[br]21 sena, 0:07:56.380,0:07:58.030 f'ħin fejn kont ċar, 0:07:58.030,0:07:59.639 fhimt: 0:07:59.639,0:08:02.100 Indunajt li dik in-nemusa żgħira, 0:08:02.620,0:08:05.020 Anopheles Stephensi, 0:08:05.280,0:08:06.610 dik in-nemusa żgħira 0:08:06.610,0:08:08.390 li tiżen inqas minn [br]5 mikro grammi 0:08:08.390,0:08:09.810 inqas minn farka melħ, 0:08:09.810,0:08:12.780 jekk dik in-nemusa setgħet toqtol[br]raġel ta' 80 kilo, 0:08:12.780,0:08:14.860 indunajt li dik kienet[br]il-kriptonite tiegħi. 0:08:14.860,0:08:17.150 Imbgħad fhimt,[br]le, le, mhux in-nemusa 0:08:17.150,0:08:19.480 Dik kienet il-parassita fin-nemusa 0:08:19.480,0:08:23.160 Plasmodium Falciparum,[br]li toqtol iktar minn miljun fis-sena. 0:08:23.509,0:08:25.999 Imbgħad fhimt[br]Le le, iżgħar minn hekk, 0:08:25.999,0:08:28.550 imma għalija, dehret ħafna ikbar. 0:08:28.550,0:08:29.640 Fhimt, 0:08:29.640,0:08:31.270 il-biża' kienet il-kriptonite[br]tiegħi 0:08:31.270,0:08:32.140 il-parassita tiegħi, 0:08:32.140,0:08:34.990 li żammitni lura u pparalizzatni[br]tul ħajti kollha. 0:08:35.200,0:08:38.080 Kif tafu, hemm differenza[br]bejn il-periklu u l-biża'. 0:08:38.109,0:08:39.698 Il-periklu jeżisti. 0:08:39.990,0:08:42.010 Il-biża' hija għażla. 0:08:42.080,0:08:44.309 U fhimt li kelli għażla: 0:08:44.309,0:08:48.180 Stajt ngħix fil-biża', u mmut fallut[br]dak il-lejl 0:08:49.070,0:08:52.080 jew stajt noqtol il-biża',[br]u stajt 0:08:52.080,0:08:56.060 infittex li ngħix il-ħolm tiegħi,[br]nieħu ċans ngħix il-ħajja. 0:08:56.680,0:08:59.560 U kif tafu, meta tkun fuq is-sodda[br]tal-mewt tiffaċja l-mewt, 0:08:59.560,0:09:04.080 hemm tkun verament trid tgħix il-ħajja. 0:09:04.180,0:09:07.140 Fhimt li kulħadd imut,[br]imma mhux kulħadd jgħix. 0:09:08.040,0:09:09.890 Ngħixu għax immutu. 0:09:09.890,0:09:11.580 Meta titgħallem tmut, 0:09:11.580,0:09:13.070 titgħallem verament tgħix. 0:09:13.070,0:09:15.140 Dak il-lejl iddeċidejt li kont ser 0:09:15.140,0:09:16.420 nibdel l-istorja tiegħi. 0:09:16.915,0:09:18.230 Ma ridtx immut. 0:09:18.230,0:09:20.010 Għalhekk għedt talba żgħira. Għedt 0:09:20.010,0:09:22.230 "O Alla, jekk tħallini ngħix[br]sakemm nagħlaq 21, 0:09:22.230,0:09:24.544 daqshekk ħallejt lill-[br]biża' tikkmandali ħajti. 0:09:24.670,0:09:26.520 Ser noqtol il-biżgħat tiegħi, 0:09:26.520,0:09:29.530 ser ngħix il-ħolm tiegħi, 0:09:29.530,0:09:31.270 ser nibdel l-attitudni tiegħi, 0:09:31.270,0:09:33.540 irrid nagħmel xi ħaġa kbira b'ħajti, 0:09:33.540,0:09:35.550 irrid insib l-iskop tiegħi, 0:09:35.550,0:09:38.632 irrid insir naf li l-impossibbli mhux[br]impossibbli." 0:09:38.780,0:09:42.820 Mhux se ngħidlkom jekk għextx jew le[br]wara dak il-lejl. Pruvaw aqtgħu. 0:09:42.850,0:09:43.978 (Daħka ġenerali) 0:09:43.978,0:09:47.100 Imma dak il-lejl għamilt lista[br]tal-ewwel 10 Thromes tiegħi: 0:09:47.100,0:09:50.210 Iddeċidejt li ridt inżur il-[br]kontinenti prinċipali 0:09:50.210,0:09:51.820 inżur is-Seba' Meravilji[br]tad-Dinja 0:09:51.820,0:09:53.410 nitgħallem skoss ilsna, 0:09:53.410,0:09:54.940 ngħix fuq gżira waħdi, 0:09:54.940,0:09:56.480 ngħix fuq vapur fl-oċejan, 0:09:56.480,0:09:58.650 ngħix ma' tribù Indjani fl-[br]Amazonja, 0:09:58.650,0:10:01.210 nitla' l-itwal muntajnja fl-[br]Iżvezja, 0:10:01.210,0:10:03.180 ridt nara tlugħ ix-xemx mill-[br]Everest 0:10:03.190,0:10:05.390 ridt naħdem fil-mużika[br]f'Nashville, 0:10:05.400,0:10:07.060 ridt naħdem f'ċirku, 0:10:07.080,0:10:09.120 ridt naqbeż minn ajruplan. 0:10:09.120,0:10:12.380 Fl-20 sena li ġew wara, irnexxieli[br]nagħmel ħafna minn dawk it-Thromes 0:10:12.410,0:10:14.650 Kull darba li naqta' throme mil-lista 0:10:14.650,0:10:18.190 kont inżid 5 jew 10 oħra mal-lista[br]u l-lista tiegħi baqgħet tikber. 0:10:18.800,0:10:23.280 Għas-seba' snin ta' wara, għext fuq[br]gżira żgħira fil-Bahamas 0:10:23.320,0:10:25.360 għal madwar seba' snin 0:10:25.370,0:10:27.274 f'għarix, 0:10:29.480,0:10:33.820 naqbad il-klieb u l-ħamiem -il baħar[br]biex niekol, waħdi fuq il-gżira 0:10:33.820,0:10:36.249 liebes dublett taċ-ċaruta, 0:10:36.680,0:10:39.160 u tgħallimt ngħum mal-klieb -il baħar. 0:10:39.160,0:10:40.980 Minn hemm, mort il-Messiku, 0:10:40.980,0:10:45.000 imbgħad mort fil-baċin tax-xmara Amazonja[br]fl-Ekwador, 0:10:45.241,0:10:48.100 Pujo Pongo Ekwador,[br]għext ma' tribù hemm, 0:10:48.100,0:10:52.180 u biċċa biċċa bdejt nikseb[br]il-kunfidenza grazzi għat-thromes: 0:10:52.180,0:10:55.100 Bdejt naħdem fil-mużika f'[br]Nashville, imbgħad l-Iżvezja, 0:10:55.110,0:10:57.870 mort Stokkolma,[br]hemm ħdimt fil-mużika, 0:10:57.870,0:11:01.920 u tlajt il-quċċata tal-muntajna Kebnekaise[br]fuq iċ-Ċirku Artiku. 0:11:03.300,0:11:04.750 Tgħallimt nagħmilha ta' buffu, 0:11:04.750,0:11:05.860 il-juggling, 0:11:05.860,0:11:07.480 kif nimxi fuq il-pilastri, 0:11:07.480,0:11:10.440 kif nirkeb rota waħda,[br]niekol in-nar u niekol il-ħġieġ. 0:11:10.450,0:11:13.620 Fl-1997 smajt li kien fadal inqas minn[br]12-il belliegħ tax-xwabel 0:11:13.620,0:11:15.410 u għedt,[br]"Irrid inkun bħalhom!" 0:11:15.420,0:11:18.290 Iltqajt ma' belliegħ tax-xwabel,[br]u tlabtu jgħinni. 0:11:18.290,0:11:20.190 Qalli, "Iva ntik 2 suġġerimenti: 0:11:20.190,0:11:21.926 L-ewwel: Perikoluża ħafna, 0:11:21.926,0:11:23.948 mietu n-nies jagħmluha. 0:11:23.948,0:11:24.953 It-tieni: 0:11:24.953,0:11:26.206 Tippruvahiex!" 0:11:26.206,0:11:27.520 (Daħka ġenerali) 0:11:27.540,0:11:29.540 Għalhekk żidtha mal-lista[br]tat-thromes. 0:11:30.440,0:11:33.320 U pprattikajt[br]10 sa 12-il darba kuljum, kull jum 0:11:33.660,0:11:35.160 għal 4 snin. 0:11:35.209,0:11:36.709 U issa ħdimtha... 0:11:36.709,0:11:40.020 4 x 365 [x12] 0:11:40.020,0:11:42.660 Madwar 13,000 prova[br]li ma rnexxietx 0:11:42.660,0:11:45.420 qabel irnexxieli nniżżel xabla[br]f'gerżumti fl-2001. 0:11:46.002,0:11:47.630 Fl-istess żmien niżżilt throme 0:11:47.630,0:11:50.940 li kelli nsir l-ikbar espert fid-dinja[br]tal-bliegħ tax-xwabel. 0:11:50.970,0:11:53.820 Allura fittixt għal ktieb,[br]magażin, artikli tal-gazzetti, 0:11:53.820,0:11:57.670 kull rapport mediku,[br]studjajt il-fiżjoloġija, l-anatomija 0:11:57.676,0:11:59.719 tkellimt ma' tobba u nfermiera, 0:11:59.719,0:12:01.760 laqqajt il-belliegħa tax-xwabel kollha, 0:12:01.760,0:12:04.250 ħloqna Sword Swallowers[br]Association International 0:12:04.250,0:12:06.450 u għamilna riċerka medika[br]ta' sentejn dwar il- 0:12:06.450,0:12:08.580 Bliegħ tax-xwabel u [br]l-effetti mhux mixtieqa 0:12:08.580,0:12:10.980 li ġiet ippubblikata fil-[br]British Medical Journal. 0:12:10.980,0:12:11.840 (Daħka ġenerali) 0:12:11.840,0:12:12.940 Grazzi. 0:12:12.960,0:12:17.748 (Ċapċipa) 0:12:18.200,0:12:21.570 U tgħallimt xi affarijiet affaxxinanti[br]dwar il-bliegħ tax-xwabel. 0:12:21.571,0:12:25.260 Affarijiet li qatt ma ħsibtu fihom qabel[br]imma wara llejla tibqgħu tiftakruhom. 0:12:25.260,0:12:28.550 Id-darba li jmiss li tkunu d-dar u taqtgħu[br]biċċa laħam bis-sikkina 0:12:28.550,0:12:31.759 jew xabla, jew il-"bestek" tagħkom,[br]se taħsbu f'din... 0:12:34.257,0:12:36.589 Tgħallimt li l-bliegħ tax-xwabel[br]beda l-Indja - 0:12:36.589,0:12:39.889 hemm fejn rajtu jsir l-ewwel darba[br]meta kelli 20 sena - 0:12:39.889,0:12:42.290 madwar 4000 sena ilu, madwar 2000 Q.K. 0:12:42.290,0:12:45.580 Fl-aħħar 150 sena, il-belliegħa tax-xwabel[br]intużaw 0:12:45.590,0:12:47.400 fil-kampijiet tax-xjenza u l-mediċina 0:12:47.480,0:12:51.160 biex jiżviluppaw l-endoskopu dritt[br]fl-1868 0:12:51.160,0:12:53.820 ta' Dr. Adolf Kussmaul [br]fi Freibug il-Ġermanja. 0:12:53.880,0:12:56.639 Fl-1906, l-elektrokardjogramma f'Wales, 0:12:56.639,0:13:00.240 biex jistudja il-problemi tal-bliegħ[br]u d-diġestjoni, 0:13:00.240,0:13:01.860 bronkoskopi u dat-tip [br]ta' ħġejjeġ. 0:13:01.860,0:13:03.840 Imma fl-aħħar 150 sena, 0:13:03.840,0:13:07.860 nafu b'mijiet ta' korrimenti u numru[br]ta' mwiet... 0:13:07.880,0:13:14.560 Minn naħa għandek l-endoskopu dritt ta'[br]Dr. Adolf Kussmaul. 0:13:14.740,0:13:18.679 Imma sibna li kien hemm 29 mewt [br]fl-aħħar 150 sena 0:13:18.679,0:13:22.462 inkluża dik ta' belliegħ tax-xwabel [br]minn Londra li nifed qalbu bix-xabla. 0:13:23.142,0:13:25.340 Sibna wkoll li jkun hemm bejn 3 u 8 0:13:25.340,0:13:27.780 korrimenti serji kull sena minħabba[br]l-bliegħ tax-xwabel. 0:13:27.780,0:13:29.880 Naf għax iċempluli. 0:13:29.880,0:13:31.150 Kelli biss 2, 0:13:31.150,0:13:34.320 waħda mill-Iżvezja u waħda minn Orlando,[br]fil-ġimgħat li għaddew, 0:13:34.320,0:13:37.019 belliegħa tax-xwabel li jinsabu l-isptar[br]għax weġġgħu. 0:13:37.019,0:13:38.769 Hija perikoluża ħafna. 0:13:38.769,0:13:41.629 Il-ħaġa l-oħra li tgħallimt hija li[br]għal ħafna nies, 0:13:41.629,0:13:44.320 biex jitgħallmu jibilgħu ix-xwabel,[br]idumu bejn 0:13:44.320,0:13:45.610 sentejn u għaxar snin. 0:13:45.610,0:13:48.020 Iżda l-iktar skoperta affaxxinanti[br]għalija kienet 0:13:48.020,0:13:51.360 kif il-belliegħa tax-xwabel jitgħallmu[br]jagħmlu l-impossibbli. 0:13:51.460,0:13:53.460 U ser ngħidilkom sigriet żgħir: 0:13:53.520,0:13:57.580 Taħsbux fuq id-99.9% li[br]huwa mpossibbli. 0:13:57.580,0:14:02.030 Iffukaw fuq dak il-.1% li huwa possibli[br]u araw kif ser twettquh. 0:14:02.817,0:14:06.140 Issa ħalluni ndaħħalkom f'moħħ[br]il-belliegħ tax-xwabel. 0:14:06.140,0:14:09.479 Biex tibla' xabla, teħtieġ[br]il-meditazzjoni tal-moħħ fuq il-ġisem, 0:14:09.479,0:14:12.270 konċentrazzjoni estrema,[br]u eżattezza biex tifhem l-organi 0:14:12.270,0:14:15.670 ġewwiena tal-ġisem u tirbaħ[br]kontra r-riflessi awtomatiċi tal-ġisem 0:14:15.710,0:14:20.370 b'sinopsi tal-moħħ imtejjba,[br]b'memorja muskolari 0:14:20.450,0:14:23.720 u bi prattika ta' iktar minn[br]10,000 darba. 0:14:24.020,0:14:28.090 Issa ħalluni noħodkom mixja fil-ġisem[br]ta' belliegħ tax-xwabel. 0:14:28.310,0:14:30.130 Biex tibla' xabla, 0:14:30.130,0:14:32.250 jeħtieġli nżerżaq ix-xafra fuq ilsieni, 0:14:32.250,0:14:34.780 inwaqqaf ir-rifless[br]fl-esofagu ċervikali, 0:14:34.780,0:14:37.740 indawwar dawra ta' 90 grad[br]fl-epiglottite, 0:14:38.240,0:14:41.040 ngħaddi mill-isfintere tal-esofagu [br]cricofarinġju ta' fuq, 0:14:41.060,0:14:42.600 inwaqqaf ir-rifless peristalsiku 0:14:42.600,0:14:44.380 inżerżaq ix-xafra fil-fetħa ta' sidri 0:14:44.380,0:14:45.960 bejn il-pulmun. 0:14:46.080,0:14:48.349 Hawnhekk, 0:14:48.399,0:14:50.389 irrid nimbotta qalbi lejn il-ġenb. 0:14:50.389,0:14:51.720 Jekk tħarsu bir-reqqa, 0:14:51.720,0:14:53.860 taraw it-taħbit ta' qalbi max-xabla 0:14:53.860,0:14:55.859 għax qed tmiss mal-qalb u mifruda biss 0:14:55.859,0:14:58.809 b'wieħed minn tmienja[br]ta' pulzier ta' tessut tal-esofagu. 0:14:58.809,0:15:00.580 Din mhux xi ħaġa li tista'[br]tirreċtaha. 0:15:00.580,0:15:02.710 Imbgħad irrid ngħaddiha bejn[br]l-għadma tas-sider, 0:15:02.710,0:15:05.540 mill-isfintere tal-esofagu [br]cricofarinġju t'isfel sal-istonku 0:15:05.540,0:15:09.020 inwaqqaf ir-rifless tal-istonku u[br]nwassalha sad-duodenum. 0:15:09.020,0:15:09.860 Affarijiet żgħar. 0:15:09.860,0:15:10.930 (Daħka ġenerali) 0:15:10.930,0:15:12.880 Kieku kelli nkompli nieżel, 0:15:12.880,0:15:17.720 nasal sat-tubi Fallopjani tiegħi.[br](Bl-Olandiż) Tubi Fallopjani! 0:15:17.720,0:15:20.980 L-irġiel tistgħu issaqsu lil[br]martkom wara dwar dawk... 0:15:22.160,0:15:23.900 In-nies jistaqsuni, jgħiduli, 0:15:23.900,0:15:26.740 "Għandek ħafna kuraġġ biex[br]tirriskja ħajtek, 0:15:26.740,0:15:28.800 biex timbotta qalbek,[br]u tibla' xabla..." 0:15:28.800,0:15:30.500 Le. Għandu bżonn kuraġġ 0:15:30.500,0:15:33.020 dak it-tifel imbeżża', mistħi,[br]niexef u bla sinsla 0:15:33.080,0:15:35.620 biex jirriskja l-falliment[br]u li ma jkunx aċċettat, 0:15:35.620,0:15:37.040 biex jiftaħ qalbu beraħ 0:15:37.040,0:15:38.240 u jneħħi l-kburija 0:15:38.240,0:15:41.060 u jitla' hawn quddiem[br]ħafna barranin 0:15:41.060,0:15:43.670 u jgħidilkom l-istorja tiegħu[br]dwar il-biżgħat u l-ħolm 0:15:43.680,0:15:47.580 u jqerr kollox magħkom. 0:15:48.280,0:15:49.450 Qed taraw - grazzi. 0:15:49.450,0:15:53.720 (Ċapċipa) 0:15:53.850,0:15:56.250 Qed taraw, l-ħaġa hija 0:15:56.250,0:15:58.650 li dejjem ridt nagħmel xi ħaġa kbira[br]f'ħajti u 0:15:58.650,0:15:59.780 issa rnexxieli. 0:15:59.780,0:16:02.880 Iżda l-iktar ħaġa mpressjonanti mhux[br]li issa kapaċi nibla' 0:16:02.880,0:16:05.170 21 xabla f'daqqa, 0:16:07.640,0:16:10.500 jew 20 pied taħt l-ilma f'tank[br]ma' 88 kelb u ħamiem -il baħar 0:16:10.500,0:16:12.307 għal Believe It or Not ta' Ripley 0:16:13.840,0:16:17.600 jew imsaħħna sa' 1500 grad għal[br]Superhumans ta' Stan Lee 0:16:17.610,0:16:19.470 bħala "Man of Steel" 0:16:19.520,0:16:21.574 u vera kienet taħraq! 0:16:22.460,0:16:24.920 Jew li niġbed karozza b'xabla għal[br]Ripley 0:16:24.930,0:16:26.290 jew Guiness, 0:16:26.290,0:16:28.760 jew li nasal sal-finali ta'[br]America's Got Talent, 0:16:28.820,0:16:31.540 jew li nirbaħ il-Premju Ig Nobel[br]fil-Mediċina tal-2007. 0:16:31.550,0:16:33.900 Le, dak mhux impressjonanti. 0:16:33.900,0:16:36.350 Dak x'jaħsbu n-nies.[br]Imma le, le, le. Mhux dik. 0:16:36.350,0:16:37.800 Il-ħaġa mpressjonanti hija 0:16:37.800,0:16:40.660 li Alla ħa lil dak it-tfajjel imbeżża'[br]mistħi, niexef u bla 0:16:40.660,0:16:42.200 sinsla, li kien jibża'[br]mill-għoli 0:16:42.200,0:16:43.890 mill-ilma u l-[br]klieb -il baħar 0:16:43.890,0:16:46.370 mit-tobba, mill-infermiera[br]l-labar u l-ħġejjeġ li 0:16:46.370,0:16:47.640 jaqtgħu[br]li jkellem lin-nies 0:16:47.640,0:16:49.800 u ħallieni ndur id-dinja 0:16:49.800,0:16:51.320 f'għoli ta' 30,000 pied 0:16:51.320,0:16:53.900 nibla' l-ħġejjeġ li jaqtgħu taħt l-ilma[br]f'tankijiet 0:16:53.900,0:16:57.430 mimlija klieb -il baħar, nitkellem mat-[br]tobba u l-infermiera u nies bħalkom 0:16:57.430,0:16:59.580 madwar id-dinja.[br]Dik impressjonanti għalija. 0:16:59.580,0:17:01.450 Dejjem ridt nagħmel l-impossibli - 0:17:01.450,0:17:02.380 Grazzi. 0:17:02.380,0:17:03.760 (Ċapċipa) 0:17:03.760,0:17:05.220 Grazzi. 0:17:05.660,0:17:09.040 (Ċapċipa) 0:17:09.700,0:17:12.569 Dejjem ridt nagħmel l-impossibbli u issa[br]hekk qed nagħmel. 0:17:12.569,0:17:15.858 Ridt nagħmel xi ħaġa impressonanti b'[br]ħajti u nibdel id-dinja, 0:17:15.858,0:17:16.898 u hekk qed nagħmel. 0:17:16.898,0:17:19.819 Dejjem ridt indur id-dinja,[br]nagħmel affarijiet super-umani 0:17:19.819,0:17:21.378 u nsalva l-ħajjiet, u issa qed 0:17:21.378,0:17:22.720 nagħmel hekk.[br]U tafu xiex? 0:17:22.720,0:17:25.569 Għad fadal parti żgħira mill-[br]ħolma ta' dak it-tfajjel 0:17:25.569,0:17:27.290 ġewwa fija. 0:17:30.320,0:17:36.197 (Daħka ġenerali)(Ċapċipa) 0:17:37.000,0:17:40.240 Dejjem fittixt li nsib l-iskop ta' ħajti 0:17:40.270,0:17:41.530 u issa sibtu. 0:17:41.540,0:17:42.920 Imma tafu xiex? 0:17:42.920,0:17:46.230 Mhux bix-xwabel, mhux li qed taħsbu,[br]mhux bil-kapaċitajiet tiegħi. 0:17:46.230,0:17:48.510 Iżda bid-djufija tiegħi, bi kliemi. 0:17:48.510,0:17:51.090 L-iskop ta' ħajti huwa li nibdel id-dinjda 0:17:51.090,0:17:52.390 billi nirbaħ lill-biża', 0:17:52.390,0:17:54.910 xabla, xabla, kelma, kelma 0:17:55.070,0:17:57.450 sikkina, sikkina, ħajja, ħajja, 0:17:57.540,0:17:59.700 biex nispira lin-nies ikunu super-eroj 0:17:59.700,0:18:01.860 u jagħmlu l-impossibbli f'ħajjithom. 0:18:02.060,0:18:04.680 L-iskop tiegħi huwa li ngħin lill-oħrajn[br]isibu l-iskop. 0:18:04.680,0:18:05.680 X'inhu tiegħek? 0:18:05.680,0:18:06.960 X'inhu l-iskop tiegħek? 0:18:06.960,0:18:08.960 Għalfejn ġejt fid-dinja? 0:18:09.260,0:18:11.590 Nemmen li kollha kemm aħna[br]super-eroj. 0:18:12.160,0:18:14.260 X'inhi s-super kapaċità tiegħek? 0:18:14.560,0:18:17.990 F'dinja ta' iktar minn 7 biljun[br]persuna, 0:18:17.990,0:18:20.250 fadal inqas minn 50 belliegħa[br]tax-xwabel 0:18:20.250,0:18:21.661 madwar id-dinja, 0:18:21.661,0:18:22.940 iżda hemm wieħed biss minnek. 0:18:22.940,0:18:24.070 Inti uniku/a 0:18:24.070,0:18:25.540 X'inhi l-istorja tiegħek? 0:18:25.540,0:18:27.760 X'jagħmlek differenti? 0:18:27.760,0:18:29.180 Irrakkonta l-istorja tiegħek, 0:18:29.180,0:18:31.721 anke jekk leħnek irqiq u jitriegħed. 0:18:31.900,0:18:33.340 X'inhuma t-thromes tiegħek? 0:18:33.340,0:18:35.850 Jekk tista' tagħmel li trid?[br]tkun min trid, tmur fejn trid - 0:18:35.850,0:18:37.430 X'tagħmel?[br]Fejn tmur? 0:18:37.430,0:18:38.480 X'tagħmel? 0:18:38.480,0:18:40.340 Xi trid tagħmel b'ħajtek? 0:18:40.340,0:18:41.760 X'inhu l-ħolm tiegħek? 0:18:41.760,0:18:44.450 X'kont toħlom bħala tfajjel?[br]Ftakar. 0:18:44.450,0:18:46.240 Imħatra li mhux dil-ħajja, eh? 0:18:46.483,0:18:47.880 X'kien l-ikbar ħolm tiegħek? 0:18:47.880,0:18:50.450 li kien tant stramb u mhux ċar? 0:18:50.450,0:18:54.040 Imħatra li dan kollu qed jurik li dak[br]il-ħolm mhux tant stramb wara kollox? 0:18:55.370,0:18:57.050 X'inhi x-xabla tiegħek? 0:18:57.050,0:18:58.650 Kull wieħed minnkom[br]għandu xabla, 0:18:58.650,0:19:00.600 taqta' minn żewġ naħat -[br]biża' u ħolm. 0:19:00.600,0:19:03.520 Ibla' x-xabla tiegħek,[br]hi x'inhi. 0:19:03.890,0:19:05.870 Għixu l-ħolm tagħkom, sinjuri 0:19:05.870,0:19:08.900 qatt m'hu tard wisq biex[br]tkunu min tridu tkunu. 0:19:09.720,0:19:12.920 Lil dawk il-bullies bil-blalen [br]tad-dodgeball li ħasbu 0:19:12.920,0:19:14.916 li qatt ma kont ser nagħmel l-impossibbli, 0:19:15.060,0:19:17.645 nixtieq ngħidilhom ħaġa waħda: 0:19:17.645,0:19:18.841 Grazzi. 0:19:18.940,0:19:22.220 Għax kieku ma kienx għall-kattivi,[br]ma jkollniex super-eroj. 0:19:23.020,0:19:27.237 Qiegħed hawn biex nuri li l-impossibbli[br]mhux impossibbli. 0:19:28.300,0:19:32.310 Din perikoluża ħafna,[br]taf toqtolni. 0:19:32.340,0:19:33.720 Nispera li togħġobkom. 0:19:33.720,0:19:35.260 (Daħka) 0:19:36.350,0:19:38.700 Se neħtieġ l-għajnuna tagħkom għal din. 0:19:46.731,0:19:48.405 Udjenza: Tnejn, tlieta. 0:19:48.405,0:19:52.100 Dan Meyer: Le, le, le. Neħtieġ l-għajnuna[br]biex ngħodd, kulħadd, ok? 0:19:52.100,0:19:53.210 (Daħka) 0:19:53.210,0:19:55.840 Jekk tafu l-kliem? Ok?[br]Għoddu miegħi. Lesti? 0:19:55.870,0:19:56.964 Wieħed. 0:19:56.964,0:19:58.150 Tnejn. 0:19:58.170,0:19:58.980 Tlieta. 0:19:58.980,0:20:00.920 Le, dak 2, imma fhimtu. 0:20:06.760,0:20:07.780 Udjenza: Wieħed. 0:20:07.840,0:20:08.750 Tnejn. 0:20:08.800,0:20:10.010 Tlieta. 0:20:11.260,0:20:13.280 (Stagħġib) 0:20:14.360,0:20:15.940 (Ċapċipa) 0:20:16.251,0:20:17.450 DM: Yeah! 0:20:17.450,0:20:23.100 (Ċapċipa)(Ferħ) 0:20:23.100,0:20:24.820 Grazzi ħafna. 0:20:25.450,0:20:28.800 Grazzi , grazzi , grazzi .[br]Grazzi minn qiegħ qalbi. 0:20:28.800,0:20:31.290 Jew le, grazzi[br]minn qiegħ l-istonku tiegħi. 0:20:31.880,0:20:35.020 Għedtilkom li ġejt hawn biex nagħmel[br]l-impossibbli u hekk għamilt. 0:20:35.030,0:20:37.730 Imma dan ma kienx impossibbli.[br]Nagħmel hekk kuljum. 0:20:37.800,0:20:42.800 L-impossibbli kien għal dak it-tfajjel[br]imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 0:20:42.840,0:20:44.600 jaffaċja l-biża' u jitla' fuq[br]palk, 0:20:44.600,0:20:47.100 u li jibdel id-dinja,[br]kelma kelma, 0:20:47.100,0:20:49.080 xabla, xabla, ħajja, ħajja. 0:20:49.080,0:20:52.060 Jekk għentkom taħsbu b'modi ġodda,[br]jekk għentkom temmnu 0:20:52.060,0:20:54.460 li l-impossibbli mhux impossibli, 0:20:54.460,0:20:57.960 jekk għentkom tifhmu li tistgħu[br]tagħmlu l-impossibbli f'ħajjitkom, 0:20:58.120,0:21:01.020 allura xogħoli hawn lest,[br]u għalikom għadu jibda. 0:21:01.020,0:21:04.100 Qatt tieqfu toħolmu. Qatt tieqfu temmnu. 0:21:04.820,0:21:06.350 Grazzi talli emmintu fija 0:21:06.350,0:21:08.250 u grazzi talli kontu parti minn[br]ħolmti. 0:21:08.250,0:21:09.550 U dan huwa r-rigal tiegħi: 0:21:09.550,0:21:11.486 L-impossibbli mhux... 0:21:11.486,0:21:12.920 Udjenza: Impossibbli. 0:21:12.920,0:21:14.920 Il-mixja twila parti mir-rigal. 0:21:15.100,0:21:19.560 (Ċapċipa) 0:21:19.560,0:21:21.020 Grazzi. 0:21:21.060,0:21:25.360 (Ċapċipa) 0:21:25.580,0:21:27.560 (Ferħ) 0:21:27.780,0:21:30.240 Preżentatur: Grazzi, Dan Meyer, wow!