1 00:00:08,380 --> 00:00:09,561 Grazzi. 2 00:00:16,270 --> 00:00:21,200 Darba kien hemm re fl-Indja, Maharaja, u għal għeluq sninu, ħareġ digriet 3 00:00:21,200 --> 00:00:24,200 li l-kapijiet tal-ibliet kollha kellhom iġibulu rigal ta' re. 4 00:00:24,400 --> 00:00:28,370 Uħud minnhom ġabulu ħarir fin, oħrajn xwabel sbieħ, 5 00:00:28,370 --> 00:00:29,490 uħud ġabulu xi deheb. 6 00:00:29,490 --> 00:00:32,659 Fl-aħħar miss lil raġel żgħir, xiħ u mkemmex 7 00:00:32,659 --> 00:00:36,630 li biex wasal mir-raħal tiegħu għadda ħafna jiem ibaħħar. 8 00:00:36,630 --> 00:00:41,150 Hekk kif beda joqrob, iben ir-re staqsieh, "X'rigal ġibtlu lir-Re?" 9 00:00:41,457 --> 00:00:44,750 U x-xiħ fetaħ idu bilmod u wrieħ 10 00:00:44,750 --> 00:00:49,600 arzella mill-isbaħ, b'tidwiriet ta' vjola u isfar, aħmar u blu. 11 00:00:50,160 --> 00:00:51,380 U iben ir-Re qal, 12 00:00:51,460 --> 00:00:54,400 "Dan mhux rigal denju għar-Re! X'rigal hu dak?" 13 00:00:54,600 --> 00:00:57,400 Ix-xiħ għolla ħarstu bilmod lejh u qal, 14 00:00:57,590 --> 00:01:00,750 "Mixja twila...parti mir-rigal." 15 00:01:01,060 --> 00:01:02,560 (Daħka ġenerali) 16 00:01:02,900 --> 00:01:05,970 Dalwaqt, ser intikom rigal, 17 00:01:05,970 --> 00:01:08,270 rigal li nemmen għandkom ixxerdu mal-oħrajn. 18 00:01:08,290 --> 00:01:10,050 Imma qabel nagħtikom ir-rigal, 19 00:01:10,050 --> 00:01:11,960 ejjew miegħi fuq mixja twila. 20 00:01:12,160 --> 00:01:13,740 Bħal ħafna minnkom, 21 00:01:13,740 --> 00:01:15,320 bdejt ħajti bħala tifel żgħir. 22 00:01:15,320 --> 00:01:17,460 Kemm minnkom bdew ħajjithom bħala tfal żgħar? 23 00:01:17,460 --> 00:01:18,510 Twelidtu żgħar? 24 00:01:18,740 --> 00:01:20,500 Ok...nofskom twelidtu hekk... 25 00:01:20,570 --> 00:01:21,590 (Daħka ġenerali) 26 00:01:21,820 --> 00:01:24,910 U l-bqija? X'ġara? Twelidtu diġà kbar? 27 00:01:25,060 --> 00:01:27,640 Nixtieq niltaqa' m'ommkom! 28 00:01:27,820 --> 00:01:29,460 Kont naħseb li mpossibli! 29 00:01:30,560 --> 00:01:34,740 Bħala tifel żgħir, dejjem kelli dik il-kilba biex nagħmel l-impossibli. 30 00:01:35,620 --> 00:01:38,880 Illum jum li ili nistennih ħafna snin, 31 00:01:38,880 --> 00:01:41,000 għax illum ser nipprova nagħmel 32 00:01:41,020 --> 00:01:43,620 dak li għalija mpossibli, hawn, quddiem għajnejkom, 33 00:01:43,620 --> 00:01:45,460 hawn f'TEDxMaastricht. 34 00:01:45,800 --> 00:01:48,160 Ser nibda billi 35 00:01:48,760 --> 00:01:50,880 ngħidilkom kif se nagħlaq: 36 00:01:51,220 --> 00:01:52,640 U ser nurikom kif 37 00:01:52,640 --> 00:01:54,940 l-impossibbli mhux impossibbli. 38 00:01:55,300 --> 00:01:58,210 U se ntemm kollox billi ntikom rigal biex taqsmuh mal-oħrajn: 39 00:01:58,210 --> 00:02:01,350 Ser nurikom li tistgħu twettqu l-impossibbli f'ħajjitkom. 40 00:02:02,660 --> 00:02:05,420 Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq l-impossibbli, sibt li 41 00:02:05,420 --> 00:02:08,229 hemm żewġ affarijiet komuni għal kulħadd madwar id-dinja. 42 00:02:08,229 --> 00:02:09,870 Kulħadd jibża', 43 00:02:09,870 --> 00:02:11,640 u kulħadd joħlom. 44 00:02:12,900 --> 00:02:17,560 Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq l-impossibbli, sibt li 45 00:02:17,560 --> 00:02:20,100 għamilt tlett affarijiet tul is-snin 46 00:02:20,110 --> 00:02:23,290 li ġiegħluni nagħmel l-impossibbli: 47 00:02:24,200 --> 00:02:26,900 Dodgeball, jew kif issejħulu "Trefbal", 48 00:02:27,290 --> 00:02:28,360 Superman, 49 00:02:28,460 --> 00:02:29,460 u nemusa. 50 00:02:29,460 --> 00:02:30,810 Tlett kelmiet ċentrali. 51 00:02:30,810 --> 00:02:33,500 Issa tafu għalfejn inwettaq l-impossibbli f'ħajti. 52 00:02:33,610 --> 00:02:36,220 Ser nurikom il-mixja tiegħi, mixja twila 53 00:02:36,320 --> 00:02:38,680 mill-biża' għall-ħolm, 54 00:02:38,740 --> 00:02:40,980 mill-kliem għax-xwabel, 55 00:02:41,160 --> 00:02:42,740 mid-Dodgeball 56 00:02:42,850 --> 00:02:44,020 sa' Superman 57 00:02:44,020 --> 00:02:45,340 sa' nemusa. 58 00:02:45,800 --> 00:02:47,360 U nispera li nurikom 59 00:02:47,360 --> 00:02:49,900 kif tistgħu twettqu l-impossibbli f'ħajjitkom. 60 00:02:52,480 --> 00:02:54,934 L-4 t'Ottubru 2007. 61 00:02:55,840 --> 00:02:57,360 Qalbi kienet qed tħabbat mija mija, 62 00:02:57,370 --> 00:02:59,020 irkuptejja jirtogħdu hekk 63 00:02:59,020 --> 00:03:00,710 kif tlajt fuq il-palk tat-teatru 64 00:03:00,710 --> 00:03:03,150 Sanders fl-Università ta' Harvard biex 65 00:03:03,150 --> 00:03:06,160 naċċetta l-premju Ig Nobel fil-Mediċina tal-2007 66 00:03:06,160 --> 00:03:08,660 għal riċerka li ħdimt fuqha ma' ħaddieħor 67 00:03:08,660 --> 00:03:10,270 jisimha "Sword Swallowing... 68 00:03:10,420 --> 00:03:11,740 ... and its Side Effects". 69 00:03:11,870 --> 00:03:13,275 (Daħka ġenerali) 70 00:03:13,840 --> 00:03:17,880 Ġiet pubblikata f'rivista ċkejkna li qatt ma kont qrajt qabel. 71 00:03:18,460 --> 00:03:20,419 il-British Medical Journal. 72 00:03:21,360 --> 00:03:24,740 U għalija, dik kienet ħolma impossibbli li saret realtà, 73 00:03:24,900 --> 00:03:28,120 kienet sorpriża mhux mistennija għal xi ħadd bħali, 74 00:03:28,130 --> 00:03:31,459 kien unur li qatt mhu ser ninsa. 75 00:03:31,459 --> 00:03:34,539 Imma ma kinetx l-iktar parti memorabbli ta' ħajti. 76 00:03:35,540 --> 00:03:37,640 Fl-4 t'Ottubru 1967, 77 00:03:38,020 --> 00:03:40,260 dat-tifel imbeżża, mistħi, niexef u bla sinsla 78 00:03:41,100 --> 00:03:43,120 kien mimli biżgħat. 79 00:03:43,460 --> 00:03:45,579 Kif kien qed jipprepara biex jitla' fuq palk, 80 00:03:45,579 --> 00:03:47,234 qalbu kienet tħabbat mija mija, 81 00:03:47,500 --> 00:03:49,162 irkuptejh jirtogħodu. 82 00:03:49,780 --> 00:03:52,120 Prova jiftaħ ħalqu biex jitkellem, 83 00:03:56,490 --> 00:03:58,130 imma l-kliem ma setgħux joħorġu. 84 00:03:58,130 --> 00:04:00,040 Baqa' hemm jitriegħed, jibki. 85 00:04:00,630 --> 00:04:02,360 Weħel bil-biża' paniku li qabdu, 86 00:04:02,360 --> 00:04:03,760 ffriża bil-biża'. 87 00:04:03,960 --> 00:04:06,130 Dat-tifel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 88 00:04:06,130 --> 00:04:08,212 kien ibagħati minn ħafna biżgħat. 89 00:04:08,649 --> 00:04:10,330 Kien jibża' mid-dlam, 90 00:04:10,520 --> 00:04:11,640 mill-għoli, 91 00:04:11,640 --> 00:04:13,040 mill-brimb u mis-sriep... 92 00:04:13,040 --> 00:04:15,140 Hawn min minnkom jibża' mill-brimb u s-sriep? 93 00:04:15,280 --> 00:04:16,660 Iva, hawn ftit minnkom... 94 00:04:16,660 --> 00:04:19,079 Kien jibża' mill-ilma u mill-klieb -il baħar 95 00:04:19,079 --> 00:04:21,939 Biża' mit-tobba, l-infermiera u d-dentist, 96 00:04:21,939 --> 00:04:24,680 mil-labar, mit-trapani u mill-ħġejjeġ li jaqtgħu. 97 00:04:24,680 --> 00:04:27,380 Imma kellu biża' ikbar milli minn dawn - biża' 98 00:04:27,470 --> 00:04:28,470 minn nies. 99 00:04:29,380 --> 00:04:31,750 Dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 100 00:04:31,750 --> 00:04:32,570 kien jien. 101 00:04:33,320 --> 00:04:36,697 Kelli biża' mill-falliment u li ma nkunx aċċettat, 102 00:04:37,300 --> 00:04:39,120 stima baxxa tiegħi innifsi, 103 00:04:39,120 --> 00:04:42,840 kumpless ta' inferjorità u xi ħaġa li dak iż-żmien lanqas konna sibna- 104 00:04:42,840 --> 00:04:44,660 problema ta' ansjetà soċjali. 105 00:04:44,955 --> 00:04:48,610 Billi kont imbeżża, il-bullies kienu jinkuni u jsawwtuni. 106 00:04:48,610 --> 00:04:52,240 Kienu jiddieħku bija u jgħajjruni, ma kinux iħalluni nilgħab 107 00:04:52,300 --> 00:04:54,260 magħhom. 108 00:04:55,020 --> 00:04:58,056 Ah, kien hemm logħba li kienu jħalluni nilgħab... 109 00:04:58,100 --> 00:04:59,427 Dodgeball - 110 00:04:59,500 --> 00:05:01,443 u ma kontx naf nevità l-ballun. 111 00:05:01,760 --> 00:05:03,500 Il-bullies kienu jsejjħu ismi, 112 00:05:03,500 --> 00:05:05,970 u jien kont inħares u nara ballun aħmar stramb 113 00:05:05,970 --> 00:05:08,200 ġej għal wiċċi b'veloċità supersonika 114 00:05:08,210 --> 00:05:09,950 bam, bam, bam! 115 00:05:10,580 --> 00:05:13,220 U niftakar f'ħafna jiem, miexi lura d-dar mill-iskola 116 00:05:13,300 --> 00:05:18,180 wiċċi kien aħmar u jniggeż, widnejja kienu ħomor u jsaffru. 117 00:05:18,180 --> 00:05:21,140 Għajnejja ħomor bid-dmugħ, 118 00:05:21,180 --> 00:05:23,515 u kliemhom jidwi f'widnejja. 119 00:05:23,740 --> 00:05:25,000 Darba xi ħadd qal, 120 00:05:25,020 --> 00:05:28,660 "Sticks and stones can break my bones, but words will never hurt me"... 121 00:05:28,880 --> 00:05:30,131 Hija gidba. 122 00:05:30,310 --> 00:05:31,980 Il-kliem jista' jaqta' bħal sikkina. 123 00:05:31,980 --> 00:05:34,030 Il-kliem jistgħu jinfdu bħal xabla. 124 00:05:34,210 --> 00:05:36,040 Il-kliem jista' jagħmel feriti tant 125 00:05:36,040 --> 00:05:37,780 fondi li ma jidhrux. 126 00:05:38,150 --> 00:05:41,140 Allura kelli ħafna biża'. U l-kliem kienu l-ikbar għadu tiegħi. 127 00:05:41,260 --> 00:05:42,491 Għadhom sal-lum. 128 00:05:43,355 --> 00:05:45,300 Imma kelli wkoll il-ħolm. 129 00:05:45,300 --> 00:05:47,980 Kont immur id-dar u ninħeba fil-komiks ta' Superman 130 00:05:47,980 --> 00:05:49,774 u kont naqra l-komiks ta' Superman 131 00:05:49,774 --> 00:05:53,440 u kont noħlom li nkun super-eroj bħal Superman. 132 00:05:53,480 --> 00:05:56,240 Ridt niġġieled għall-verità u l- ġustizzja, 133 00:05:56,240 --> 00:05:58,680 ridt niġġieled kontra l-kattivi u l-kriptonite, 134 00:05:58,680 --> 00:06:02,895 ridt intir madwar id-dinja, inwettaq atti super-umani u nsalva l-ħajjiet. 135 00:06:03,400 --> 00:06:05,850 Kont affaxxinat ukoll bl-affarijiet li kienu veri. 136 00:06:05,860 --> 00:06:09,450 Kont qrajt il-Gusiness Book of World Records u Believe it or Not ta' Ripley. 137 00:06:09,660 --> 00:06:13,080 Hawn min minnkom qara l-Gusiness Book of World Records jew ta' Ripley? 138 00:06:13,100 --> 00:06:14,390 Dawk kotba li nħobb! 139 00:06:14,390 --> 00:06:16,340 Rajt nies ta' vera jagħmlu affarijiet ta' vera. 140 00:06:16,340 --> 00:06:17,790 U għedt, irrid nagħmel bħalhom. 141 00:06:17,790 --> 00:06:19,330 Jekk il-bullies ma jħallunix 142 00:06:19,330 --> 00:06:21,030 nilgħab fl-isports tagħhom, 143 00:06:21,030 --> 00:06:23,335 irrid nagħmel il-maġija, ħġejjeġ impressjonanti. 144 00:06:23,335 --> 00:06:26,659 Irrid nagħmel xi ħaġa kbira li dawk il-bullies ma jistgħux jagħmlu. 145 00:06:26,659 --> 00:06:28,609 Irrid insib dak li jien magħmul għalih, 146 00:06:28,609 --> 00:06:30,529 irrid inkun naf li ħajti tfisser xi ħaġa, 147 00:06:30,529 --> 00:06:33,320 irrid nagħmel xi ħaġa ma titwemminx li tibdel id-dinja; 148 00:06:33,320 --> 00:06:36,960 irrid nuri li l-impossibbli mhux impossibbli. 149 00:06:38,340 --> 00:06:40,240 Naqżbu għal 10 snin wara - 150 00:06:40,240 --> 00:06:42,706 Kienet il-ġimgħa qabel nagħlaq 21 sena. 151 00:06:42,819 --> 00:06:46,799 Seħħew ġiex affarijiet f'jum wieħed li kellhom jibdluli ħajti għal dejjem. 152 00:06:47,040 --> 00:06:49,391 Kont qed ngħix Tamil Nadu, fin-nofsinhar tal-Indja 153 00:06:49,540 --> 00:06:51,020 Kont missjunarju hemm, 154 00:06:51,020 --> 00:06:53,090 u l-parrinu (mentor), il-ħabib tiegħi staqsa 155 00:06:53,090 --> 00:06:54,720 "Daniel, għandek Thromes?" 156 00:06:54,720 --> 00:06:57,440 U jien għedt, "Thromes? X'inhuma Thromes?" 157 00:06:57,440 --> 00:07:00,490 Qalli, "Thromes huma objettivi ċentrali għal ħajtek. 158 00:07:00,490 --> 00:07:04,630 Huma il-ħolm u l-objettivi, bħal per eżempju jekk tista' 159 00:07:04,630 --> 00:07:07,240 tagħmel dak li trid, tmur fejn trid 160 00:07:07,240 --> 00:07:08,309 tkun min trid, 161 00:07:08,309 --> 00:07:09,286 fejn tmur? X'tagħmel? 162 00:07:09,286 --> 00:07:10,300 Min tkun? 163 00:07:11,040 --> 00:07:13,420 Weġibtu "Ma nistax nagħmel hekk! Nibża' wisq! Għandi ħafna biżgħat!" 164 00:07:13,420 --> 00:07:17,800 Dak il-lejl ħadt il-lizar tar-ross tiegħi fuq il-bejt tal-bungalow, 165 00:07:17,810 --> 00:07:19,259 ferrixtu taħt l-istilel, 166 00:07:19,259 --> 00:07:21,869 u qgħadt nara l-friefet il-lejl jgħoddsu għan-nemus. 167 00:07:21,869 --> 00:07:26,200 U ma stajt naħseb fuq xejn ħlief thromes, ħolm u objettivi, 168 00:07:26,200 --> 00:07:28,360 u l-bullies bil-blalen tad-dodgeball. 169 00:07:28,760 --> 00:07:30,730 Stenbaħt ftit sigħat wara. 170 00:07:31,220 --> 00:07:33,940 Qalbi kienet tħabbat mija mija, irkuptejja kienu jirtogħdu. 171 00:07:34,080 --> 00:07:36,020 Did-darba ma kinetx il-biża'. 172 00:07:36,420 --> 00:07:38,395 Ġismi kien qed jintilef. 173 00:07:38,500 --> 00:07:40,180 U għall-ħamest ijiem ta' wara 174 00:07:40,330 --> 00:07:44,199 kont qed niġi f' u nitlef sensija, fuq is-sodda tal-mewt niġġieled għal-ħajti 175 00:07:44,199 --> 00:07:48,239 Moħħi kien qed jinxtewa b'105 deni tal-malarja. 176 00:07:48,390 --> 00:07:51,600 U meta niġi f'sensija kont qed naħseb biss fuq it-thromes. 177 00:07:51,600 --> 00:07:53,820 Ħsibt, "X'irrid nagħmel b'ħajti?" 178 00:07:53,950 --> 00:07:56,380 Fl-aħħar, fil-lejl ta' qabel għalaqt 21 sena, 179 00:07:56,380 --> 00:07:58,030 f'ħin fejn kont ċar, 180 00:07:58,030 --> 00:07:59,639 fhimt: 181 00:07:59,639 --> 00:08:02,100 Indunajt li dik in-nemusa żgħira, 182 00:08:02,620 --> 00:08:05,020 Anopheles Stephensi, 183 00:08:05,280 --> 00:08:06,610 dik in-nemusa żgħira 184 00:08:06,610 --> 00:08:08,390 li tiżen inqas minn 5 mikro grammi 185 00:08:08,390 --> 00:08:09,810 inqas minn farka melħ, 186 00:08:09,810 --> 00:08:12,780 jekk dik in-nemusa setgħet toqtol raġel ta' 80 kilo, 187 00:08:12,780 --> 00:08:14,860 indunajt li dik kienet il-kriptonite tiegħi. 188 00:08:14,860 --> 00:08:17,150 Imbgħad fhimt, le, le, mhux in-nemusa 189 00:08:17,150 --> 00:08:19,480 Dik kienet il-parassita fin-nemusa 190 00:08:19,480 --> 00:08:23,160 Plasmodium Falciparum, li toqtol iktar minn miljun fis-sena. 191 00:08:23,509 --> 00:08:25,999 Imbgħad fhimt Le le, iżgħar minn hekk, 192 00:08:25,999 --> 00:08:28,550 imma għalija, dehret ħafna ikbar. 193 00:08:28,550 --> 00:08:29,640 Fhimt, 194 00:08:29,640 --> 00:08:31,270 il-biża' kienet il-kriptonite tiegħi 195 00:08:31,270 --> 00:08:32,140 il-parassita tiegħi, 196 00:08:32,140 --> 00:08:34,990 li żammitni lura u pparalizzatni tul ħajti kollha. 197 00:08:35,200 --> 00:08:38,080 Kif tafu, hemm differenza bejn il-periklu u l-biża'. 198 00:08:38,109 --> 00:08:39,698 Il-periklu jeżisti. 199 00:08:39,990 --> 00:08:42,010 Il-biża' hija għażla. 200 00:08:42,080 --> 00:08:44,309 U fhimt li kelli għażla: 201 00:08:44,309 --> 00:08:48,180 Stajt ngħix fil-biża', u mmut fallut dak il-lejl 202 00:08:49,070 --> 00:08:52,080 jew stajt noqtol il-biża', u stajt 203 00:08:52,080 --> 00:08:56,060 infittex li ngħix il-ħolm tiegħi, nieħu ċans ngħix il-ħajja. 204 00:08:56,680 --> 00:08:59,560 U kif tafu, meta tkun fuq is-sodda tal-mewt tiffaċja l-mewt, 205 00:08:59,560 --> 00:09:04,080 hemm tkun verament trid tgħix il-ħajja. 206 00:09:04,180 --> 00:09:07,140 Fhimt li kulħadd imut, imma mhux kulħadd jgħix. 207 00:09:08,040 --> 00:09:09,890 Ngħixu għax immutu. 208 00:09:09,890 --> 00:09:11,580 Meta titgħallem tmut, 209 00:09:11,580 --> 00:09:13,070 titgħallem verament tgħix. 210 00:09:13,070 --> 00:09:15,140 Dak il-lejl iddeċidejt li kont ser 211 00:09:15,140 --> 00:09:16,420 nibdel l-istorja tiegħi. 212 00:09:16,915 --> 00:09:18,230 Ma ridtx immut. 213 00:09:18,230 --> 00:09:20,010 Għalhekk għedt talba żgħira. Għedt 214 00:09:20,010 --> 00:09:22,230 "O Alla, jekk tħallini ngħix sakemm nagħlaq 21, 215 00:09:22,230 --> 00:09:24,544 daqshekk ħallejt lill- biża' tikkmandali ħajti. 216 00:09:24,670 --> 00:09:26,520 Ser noqtol il-biżgħat tiegħi, 217 00:09:26,520 --> 00:09:29,530 ser ngħix il-ħolm tiegħi, 218 00:09:29,530 --> 00:09:31,270 ser nibdel l-attitudni tiegħi, 219 00:09:31,270 --> 00:09:33,540 irrid nagħmel xi ħaġa kbira b'ħajti, 220 00:09:33,540 --> 00:09:35,550 irrid insib l-iskop tiegħi, 221 00:09:35,550 --> 00:09:38,632 irrid insir naf li l-impossibbli mhux impossibbli." 222 00:09:38,780 --> 00:09:42,820 Mhux se ngħidlkom jekk għextx jew le wara dak il-lejl. Pruvaw aqtgħu. 223 00:09:42,850 --> 00:09:43,978 (Daħka ġenerali) 224 00:09:43,978 --> 00:09:47,100 Imma dak il-lejl għamilt lista tal-ewwel 10 Thromes tiegħi: 225 00:09:47,100 --> 00:09:50,210 Iddeċidejt li ridt inżur il- kontinenti prinċipali 226 00:09:50,210 --> 00:09:51,820 inżur is-Seba' Meravilji tad-Dinja 227 00:09:51,820 --> 00:09:53,410 nitgħallem skoss ilsna, 228 00:09:53,410 --> 00:09:54,940 ngħix fuq gżira waħdi, 229 00:09:54,940 --> 00:09:56,480 ngħix fuq vapur fl-oċejan, 230 00:09:56,480 --> 00:09:58,650 ngħix ma' tribù Indjani fl- Amazonja, 231 00:09:58,650 --> 00:10:01,210 nitla' l-itwal muntajnja fl- Iżvezja, 232 00:10:01,210 --> 00:10:03,180 ridt nara tlugħ ix-xemx mill- Everest 233 00:10:03,190 --> 00:10:05,390 ridt naħdem fil-mużika f'Nashville, 234 00:10:05,400 --> 00:10:07,060 ridt naħdem f'ċirku, 235 00:10:07,080 --> 00:10:09,120 ridt naqbeż minn ajruplan. 236 00:10:09,120 --> 00:10:12,380 Fl-20 sena li ġew wara, irnexxieli nagħmel ħafna minn dawk it-Thromes 237 00:10:12,410 --> 00:10:14,650 Kull darba li naqta' throme mil-lista 238 00:10:14,650 --> 00:10:18,190 kont inżid 5 jew 10 oħra mal-lista u l-lista tiegħi baqgħet tikber. 239 00:10:18,800 --> 00:10:23,280 Għas-seba' snin ta' wara, għext fuq gżira żgħira fil-Bahamas 240 00:10:23,320 --> 00:10:25,360 għal madwar seba' snin 241 00:10:25,370 --> 00:10:27,274 f'għarix, 242 00:10:29,480 --> 00:10:33,820 naqbad il-klieb u l-ħamiem -il baħar biex niekol, waħdi fuq il-gżira 243 00:10:33,820 --> 00:10:36,249 liebes dublett taċ-ċaruta, 244 00:10:36,680 --> 00:10:39,160 u tgħallimt ngħum mal-klieb -il baħar. 245 00:10:39,160 --> 00:10:40,980 Minn hemm, mort il-Messiku, 246 00:10:40,980 --> 00:10:45,000 imbgħad mort fil-baċin tax-xmara Amazonja fl-Ekwador, 247 00:10:45,241 --> 00:10:48,100 Pujo Pongo Ekwador, għext ma' tribù hemm, 248 00:10:48,100 --> 00:10:52,180 u biċċa biċċa bdejt nikseb il-kunfidenza grazzi għat-thromes: 249 00:10:52,180 --> 00:10:55,100 Bdejt naħdem fil-mużika f' Nashville, imbgħad l-Iżvezja, 250 00:10:55,110 --> 00:10:57,870 mort Stokkolma, hemm ħdimt fil-mużika, 251 00:10:57,870 --> 00:11:01,920 u tlajt il-quċċata tal-muntajna Kebnekaise fuq iċ-Ċirku Artiku. 252 00:11:03,300 --> 00:11:04,750 Tgħallimt nagħmilha ta' buffu, 253 00:11:04,750 --> 00:11:05,860 il-juggling, 254 00:11:05,860 --> 00:11:07,480 kif nimxi fuq il-pilastri, 255 00:11:07,480 --> 00:11:10,440 kif nirkeb rota waħda, niekol in-nar u niekol il-ħġieġ. 256 00:11:10,450 --> 00:11:13,620 Fl-1997 smajt li kien fadal inqas minn 12-il belliegħ tax-xwabel 257 00:11:13,620 --> 00:11:15,410 u għedt, "Irrid inkun bħalhom!" 258 00:11:15,420 --> 00:11:18,290 Iltqajt ma' belliegħ tax-xwabel, u tlabtu jgħinni. 259 00:11:18,290 --> 00:11:20,190 Qalli, "Iva ntik 2 suġġerimenti: 260 00:11:20,190 --> 00:11:21,926 L-ewwel: Perikoluża ħafna, 261 00:11:21,926 --> 00:11:23,948 mietu n-nies jagħmluha. 262 00:11:23,948 --> 00:11:24,953 It-tieni: 263 00:11:24,953 --> 00:11:26,206 Tippruvahiex!" 264 00:11:26,206 --> 00:11:27,520 (Daħka ġenerali) 265 00:11:27,540 --> 00:11:29,540 Għalhekk żidtha mal-lista tat-thromes. 266 00:11:30,440 --> 00:11:33,320 U pprattikajt 10 sa 12-il darba kuljum, kull jum 267 00:11:33,660 --> 00:11:35,160 għal 4 snin. 268 00:11:35,209 --> 00:11:36,709 U issa ħdimtha... 269 00:11:36,709 --> 00:11:40,020 4 x 365 [x12] 270 00:11:40,020 --> 00:11:42,660 Madwar 13,000 prova li ma rnexxietx 271 00:11:42,660 --> 00:11:45,420 qabel irnexxieli nniżżel xabla f'gerżumti fl-2001. 272 00:11:46,002 --> 00:11:47,630 Fl-istess żmien niżżilt throme 273 00:11:47,630 --> 00:11:50,940 li kelli nsir l-ikbar espert fid-dinja tal-bliegħ tax-xwabel. 274 00:11:50,970 --> 00:11:53,820 Allura fittixt għal ktieb, magażin, artikli tal-gazzetti, 275 00:11:53,820 --> 00:11:57,670 kull rapport mediku, studjajt il-fiżjoloġija, l-anatomija 276 00:11:57,676 --> 00:11:59,719 tkellimt ma' tobba u nfermiera, 277 00:11:59,719 --> 00:12:01,760 laqqajt il-belliegħa tax-xwabel kollha, 278 00:12:01,760 --> 00:12:04,250 ħloqna Sword Swallowers Association International 279 00:12:04,250 --> 00:12:06,450 u għamilna riċerka medika ta' sentejn dwar il- 280 00:12:06,450 --> 00:12:08,580 Bliegħ tax-xwabel u l-effetti mhux mixtieqa 281 00:12:08,580 --> 00:12:10,980 li ġiet ippubblikata fil- British Medical Journal. 282 00:12:10,980 --> 00:12:11,840 (Daħka ġenerali) 283 00:12:11,840 --> 00:12:12,940 Grazzi. 284 00:12:12,960 --> 00:12:17,748 (Ċapċipa) 285 00:12:18,200 --> 00:12:21,570 U tgħallimt xi affarijiet affaxxinanti dwar il-bliegħ tax-xwabel. 286 00:12:21,571 --> 00:12:25,260 Affarijiet li qatt ma ħsibtu fihom qabel imma wara llejla tibqgħu tiftakruhom. 287 00:12:25,260 --> 00:12:28,550 Id-darba li jmiss li tkunu d-dar u taqtgħu biċċa laħam bis-sikkina 288 00:12:28,550 --> 00:12:31,759 jew xabla, jew il-"bestek" tagħkom, se taħsbu f'din... 289 00:12:34,257 --> 00:12:36,589 Tgħallimt li l-bliegħ tax-xwabel beda l-Indja - 290 00:12:36,589 --> 00:12:39,889 hemm fejn rajtu jsir l-ewwel darba meta kelli 20 sena - 291 00:12:39,889 --> 00:12:42,290 madwar 4000 sena ilu, madwar 2000 Q.K. 292 00:12:42,290 --> 00:12:45,580 Fl-aħħar 150 sena, il-belliegħa tax-xwabel intużaw 293 00:12:45,590 --> 00:12:47,400 fil-kampijiet tax-xjenza u l-mediċina 294 00:12:47,480 --> 00:12:51,160 biex jiżviluppaw l-endoskopu dritt fl-1868 295 00:12:51,160 --> 00:12:53,820 ta' Dr. Adolf Kussmaul fi Freibug il-Ġermanja. 296 00:12:53,880 --> 00:12:56,639 Fl-1906, l-elektrokardjogramma f'Wales, 297 00:12:56,639 --> 00:13:00,240 biex jistudja il-problemi tal-bliegħ u d-diġestjoni, 298 00:13:00,240 --> 00:13:01,860 bronkoskopi u dat-tip ta' ħġejjeġ. 299 00:13:01,860 --> 00:13:03,840 Imma fl-aħħar 150 sena, 300 00:13:03,840 --> 00:13:07,860 nafu b'mijiet ta' korrimenti u numru ta' mwiet... 301 00:13:07,880 --> 00:13:14,560 Minn naħa għandek l-endoskopu dritt ta' Dr. Adolf Kussmaul. 302 00:13:14,740 --> 00:13:18,679 Imma sibna li kien hemm 29 mewt fl-aħħar 150 sena 303 00:13:18,679 --> 00:13:22,462 inkluża dik ta' belliegħ tax-xwabel minn Londra li nifed qalbu bix-xabla. 304 00:13:23,142 --> 00:13:25,340 Sibna wkoll li jkun hemm bejn 3 u 8 305 00:13:25,340 --> 00:13:27,780 korrimenti serji kull sena minħabba l-bliegħ tax-xwabel. 306 00:13:27,780 --> 00:13:29,880 Naf għax iċempluli. 307 00:13:29,880 --> 00:13:31,150 Kelli biss 2, 308 00:13:31,150 --> 00:13:34,320 waħda mill-Iżvezja u waħda minn Orlando, fil-ġimgħat li għaddew, 309 00:13:34,320 --> 00:13:37,019 belliegħa tax-xwabel li jinsabu l-isptar għax weġġgħu. 310 00:13:37,019 --> 00:13:38,769 Hija perikoluża ħafna. 311 00:13:38,769 --> 00:13:41,629 Il-ħaġa l-oħra li tgħallimt hija li għal ħafna nies, 312 00:13:41,629 --> 00:13:44,320 biex jitgħallmu jibilgħu ix-xwabel, idumu bejn 313 00:13:44,320 --> 00:13:45,610 sentejn u għaxar snin. 314 00:13:45,610 --> 00:13:48,020 Iżda l-iktar skoperta affaxxinanti għalija kienet 315 00:13:48,020 --> 00:13:51,360 kif il-belliegħa tax-xwabel jitgħallmu jagħmlu l-impossibbli. 316 00:13:51,460 --> 00:13:53,460 U ser ngħidilkom sigriet żgħir: 317 00:13:53,520 --> 00:13:57,580 Taħsbux fuq id-99.9% li huwa mpossibbli. 318 00:13:57,580 --> 00:14:02,030 Iffukaw fuq dak il-.1% li huwa possibli u araw kif ser twettquh. 319 00:14:02,817 --> 00:14:06,140 Issa ħalluni ndaħħalkom f'moħħ il-belliegħ tax-xwabel. 320 00:14:06,140 --> 00:14:09,479 Biex tibla' xabla, teħtieġ il-meditazzjoni tal-moħħ fuq il-ġisem, 321 00:14:09,479 --> 00:14:12,270 konċentrazzjoni estrema, u eżattezza biex tifhem l-organi 322 00:14:12,270 --> 00:14:15,670 ġewwiena tal-ġisem u tirbaħ kontra r-riflessi awtomatiċi tal-ġisem 323 00:14:15,710 --> 00:14:20,370 b'sinopsi tal-moħħ imtejjba, b'memorja muskolari 324 00:14:20,450 --> 00:14:23,720 u bi prattika ta' iktar minn 10,000 darba. 325 00:14:24,020 --> 00:14:28,090 Issa ħalluni noħodkom mixja fil-ġisem ta' belliegħ tax-xwabel. 326 00:14:28,310 --> 00:14:30,130 Biex tibla' xabla, 327 00:14:30,130 --> 00:14:32,250 jeħtieġli nżerżaq ix-xafra fuq ilsieni, 328 00:14:32,250 --> 00:14:34,780 inwaqqaf ir-rifless fl-esofagu ċervikali, 329 00:14:34,780 --> 00:14:37,740 indawwar dawra ta' 90 grad fl-epiglottite, 330 00:14:38,240 --> 00:14:41,040 ngħaddi mill-isfintere tal-esofagu cricofarinġju ta' fuq, 331 00:14:41,060 --> 00:14:42,600 inwaqqaf ir-rifless peristalsiku 332 00:14:42,600 --> 00:14:44,380 inżerżaq ix-xafra fil-fetħa ta' sidri 333 00:14:44,380 --> 00:14:45,960 bejn il-pulmun. 334 00:14:46,080 --> 00:14:48,349 Hawnhekk, 335 00:14:48,399 --> 00:14:50,389 irrid nimbotta qalbi lejn il-ġenb. 336 00:14:50,389 --> 00:14:51,720 Jekk tħarsu bir-reqqa, 337 00:14:51,720 --> 00:14:53,860 taraw it-taħbit ta' qalbi max-xabla 338 00:14:53,860 --> 00:14:55,859 għax qed tmiss mal-qalb u mifruda biss 339 00:14:55,859 --> 00:14:58,809 b'wieħed minn tmienja ta' pulzier ta' tessut tal-esofagu. 340 00:14:58,809 --> 00:15:00,580 Din mhux xi ħaġa li tista' tirreċtaha. 341 00:15:00,580 --> 00:15:02,710 Imbgħad irrid ngħaddiha bejn l-għadma tas-sider, 342 00:15:02,710 --> 00:15:05,540 mill-isfintere tal-esofagu cricofarinġju t'isfel sal-istonku 343 00:15:05,540 --> 00:15:09,020 inwaqqaf ir-rifless tal-istonku u nwassalha sad-duodenum. 344 00:15:09,020 --> 00:15:09,860 Affarijiet żgħar. 345 00:15:09,860 --> 00:15:10,930 (Daħka ġenerali) 346 00:15:10,930 --> 00:15:12,880 Kieku kelli nkompli nieżel, 347 00:15:12,880 --> 00:15:17,720 nasal sat-tubi Fallopjani tiegħi. (Bl-Olandiż) Tubi Fallopjani! 348 00:15:17,720 --> 00:15:20,980 L-irġiel tistgħu issaqsu lil martkom wara dwar dawk... 349 00:15:22,160 --> 00:15:23,900 In-nies jistaqsuni, jgħiduli, 350 00:15:23,900 --> 00:15:26,740 "Għandek ħafna kuraġġ biex tirriskja ħajtek, 351 00:15:26,740 --> 00:15:28,800 biex timbotta qalbek, u tibla' xabla..." 352 00:15:28,800 --> 00:15:30,500 Le. Għandu bżonn kuraġġ 353 00:15:30,500 --> 00:15:33,020 dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 354 00:15:33,080 --> 00:15:35,620 biex jirriskja l-falliment u li ma jkunx aċċettat, 355 00:15:35,620 --> 00:15:37,040 biex jiftaħ qalbu beraħ 356 00:15:37,040 --> 00:15:38,240 u jneħħi l-kburija 357 00:15:38,240 --> 00:15:41,060 u jitla' hawn quddiem ħafna barranin 358 00:15:41,060 --> 00:15:43,670 u jgħidilkom l-istorja tiegħu dwar il-biżgħat u l-ħolm 359 00:15:43,680 --> 00:15:47,580 u jqerr kollox magħkom. 360 00:15:48,280 --> 00:15:49,450 Qed taraw - grazzi. 361 00:15:49,450 --> 00:15:53,720 (Ċapċipa) 362 00:15:53,850 --> 00:15:56,250 Qed taraw, l-ħaġa hija 363 00:15:56,250 --> 00:15:58,650 li dejjem ridt nagħmel xi ħaġa kbira f'ħajti u 364 00:15:58,650 --> 00:15:59,780 issa rnexxieli. 365 00:15:59,780 --> 00:16:02,880 Iżda l-iktar ħaġa mpressjonanti mhux li issa kapaċi nibla' 366 00:16:02,880 --> 00:16:05,170 21 xabla f'daqqa, 367 00:16:07,640 --> 00:16:10,500 jew 20 pied taħt l-ilma f'tank ma' 88 kelb u ħamiem -il baħar 368 00:16:10,500 --> 00:16:12,307 għal Believe It or Not ta' Ripley 369 00:16:13,840 --> 00:16:17,600 jew imsaħħna sa' 1500 grad għal Superhumans ta' Stan Lee 370 00:16:17,610 --> 00:16:19,470 bħala "Man of Steel" 371 00:16:19,520 --> 00:16:21,574 u vera kienet taħraq! 372 00:16:22,460 --> 00:16:24,920 Jew li niġbed karozza b'xabla għal Ripley 373 00:16:24,930 --> 00:16:26,290 jew Guiness, 374 00:16:26,290 --> 00:16:28,760 jew li nasal sal-finali ta' America's Got Talent, 375 00:16:28,820 --> 00:16:31,540 jew li nirbaħ il-Premju Ig Nobel fil-Mediċina tal-2007. 376 00:16:31,550 --> 00:16:33,900 Le, dak mhux impressjonanti. 377 00:16:33,900 --> 00:16:36,350 Dak x'jaħsbu n-nies. Imma le, le, le. Mhux dik. 378 00:16:36,350 --> 00:16:37,800 Il-ħaġa mpressjonanti hija 379 00:16:37,800 --> 00:16:40,660 li Alla ħa lil dak it-tfajjel imbeżża' mistħi, niexef u bla 380 00:16:40,660 --> 00:16:42,200 sinsla, li kien jibża' mill-għoli 381 00:16:42,200 --> 00:16:43,890 mill-ilma u l- klieb -il baħar 382 00:16:43,890 --> 00:16:46,370 mit-tobba, mill-infermiera l-labar u l-ħġejjeġ li 383 00:16:46,370 --> 00:16:47,640 jaqtgħu li jkellem lin-nies 384 00:16:47,640 --> 00:16:49,800 u ħallieni ndur id-dinja 385 00:16:49,800 --> 00:16:51,320 f'għoli ta' 30,000 pied 386 00:16:51,320 --> 00:16:53,900 nibla' l-ħġejjeġ li jaqtgħu taħt l-ilma f'tankijiet 387 00:16:53,900 --> 00:16:57,430 mimlija klieb -il baħar, nitkellem mat- tobba u l-infermiera u nies bħalkom 388 00:16:57,430 --> 00:16:59,580 madwar id-dinja. Dik impressjonanti għalija. 389 00:16:59,580 --> 00:17:01,450 Dejjem ridt nagħmel l-impossibli - 390 00:17:01,450 --> 00:17:02,380 Grazzi. 391 00:17:02,380 --> 00:17:03,760 (Ċapċipa) 392 00:17:03,760 --> 00:17:05,220 Grazzi. 393 00:17:05,660 --> 00:17:09,040 (Ċapċipa) 394 00:17:09,700 --> 00:17:12,569 Dejjem ridt nagħmel l-impossibbli u issa hekk qed nagħmel. 395 00:17:12,569 --> 00:17:15,858 Ridt nagħmel xi ħaġa impressonanti b' ħajti u nibdel id-dinja, 396 00:17:15,858 --> 00:17:16,898 u hekk qed nagħmel. 397 00:17:16,898 --> 00:17:19,819 Dejjem ridt indur id-dinja, nagħmel affarijiet super-umani 398 00:17:19,819 --> 00:17:21,378 u nsalva l-ħajjiet, u issa qed 399 00:17:21,378 --> 00:17:22,720 nagħmel hekk. U tafu xiex? 400 00:17:22,720 --> 00:17:25,569 Għad fadal parti żgħira mill- ħolma ta' dak it-tfajjel 401 00:17:25,569 --> 00:17:27,290 ġewwa fija. 402 00:17:30,320 --> 00:17:36,197 (Daħka ġenerali)(Ċapċipa) 403 00:17:37,000 --> 00:17:40,240 Dejjem fittixt li nsib l-iskop ta' ħajti 404 00:17:40,270 --> 00:17:41,530 u issa sibtu. 405 00:17:41,540 --> 00:17:42,920 Imma tafu xiex? 406 00:17:42,920 --> 00:17:46,230 Mhux bix-xwabel, mhux li qed taħsbu, mhux bil-kapaċitajiet tiegħi. 407 00:17:46,230 --> 00:17:48,510 Iżda bid-djufija tiegħi, bi kliemi. 408 00:17:48,510 --> 00:17:51,090 L-iskop ta' ħajti huwa li nibdel id-dinjda 409 00:17:51,090 --> 00:17:52,390 billi nirbaħ lill-biża', 410 00:17:52,390 --> 00:17:54,910 xabla, xabla, kelma, kelma 411 00:17:55,070 --> 00:17:57,450 sikkina, sikkina, ħajja, ħajja, 412 00:17:57,540 --> 00:17:59,700 biex nispira lin-nies ikunu super-eroj 413 00:17:59,700 --> 00:18:01,860 u jagħmlu l-impossibbli f'ħajjithom. 414 00:18:02,060 --> 00:18:04,680 L-iskop tiegħi huwa li ngħin lill-oħrajn isibu l-iskop. 415 00:18:04,680 --> 00:18:05,680 X'inhu tiegħek? 416 00:18:05,680 --> 00:18:06,960 X'inhu l-iskop tiegħek? 417 00:18:06,960 --> 00:18:08,960 Għalfejn ġejt fid-dinja? 418 00:18:09,260 --> 00:18:11,590 Nemmen li kollha kemm aħna super-eroj. 419 00:18:12,160 --> 00:18:14,260 X'inhi s-super kapaċità tiegħek? 420 00:18:14,560 --> 00:18:17,990 F'dinja ta' iktar minn 7 biljun persuna, 421 00:18:17,990 --> 00:18:20,250 fadal inqas minn 50 belliegħa tax-xwabel 422 00:18:20,250 --> 00:18:21,661 madwar id-dinja, 423 00:18:21,661 --> 00:18:22,940 iżda hemm wieħed biss minnek. 424 00:18:22,940 --> 00:18:24,070 Inti uniku/a 425 00:18:24,070 --> 00:18:25,540 X'inhi l-istorja tiegħek? 426 00:18:25,540 --> 00:18:27,760 X'jagħmlek differenti? 427 00:18:27,760 --> 00:18:29,180 Irrakkonta l-istorja tiegħek, 428 00:18:29,180 --> 00:18:31,721 anke jekk leħnek irqiq u jitriegħed. 429 00:18:31,900 --> 00:18:33,340 X'inhuma t-thromes tiegħek? 430 00:18:33,340 --> 00:18:35,850 Jekk tista' tagħmel li trid? tkun min trid, tmur fejn trid - 431 00:18:35,850 --> 00:18:37,430 X'tagħmel? Fejn tmur? 432 00:18:37,430 --> 00:18:38,480 X'tagħmel? 433 00:18:38,480 --> 00:18:40,340 Xi trid tagħmel b'ħajtek? 434 00:18:40,340 --> 00:18:41,760 X'inhu l-ħolm tiegħek? 435 00:18:41,760 --> 00:18:44,450 X'kont toħlom bħala tfajjel? Ftakar. 436 00:18:44,450 --> 00:18:46,240 Imħatra li mhux dil-ħajja, eh? 437 00:18:46,483 --> 00:18:47,880 X'kien l-ikbar ħolm tiegħek? 438 00:18:47,880 --> 00:18:50,450 li kien tant stramb u mhux ċar? 439 00:18:50,450 --> 00:18:54,040 Imħatra li dan kollu qed jurik li dak il-ħolm mhux tant stramb wara kollox? 440 00:18:55,370 --> 00:18:57,050 X'inhi x-xabla tiegħek? 441 00:18:57,050 --> 00:18:58,650 Kull wieħed minnkom għandu xabla, 442 00:18:58,650 --> 00:19:00,600 taqta' minn żewġ naħat - biża' u ħolm. 443 00:19:00,600 --> 00:19:03,520 Ibla' x-xabla tiegħek, hi x'inhi. 444 00:19:03,890 --> 00:19:05,870 Għixu l-ħolm tagħkom, sinjuri 445 00:19:05,870 --> 00:19:08,900 qatt m'hu tard wisq biex tkunu min tridu tkunu. 446 00:19:09,720 --> 00:19:12,920 Lil dawk il-bullies bil-blalen tad-dodgeball li ħasbu 447 00:19:12,920 --> 00:19:14,916 li qatt ma kont ser nagħmel l-impossibbli, 448 00:19:15,060 --> 00:19:17,645 nixtieq ngħidilhom ħaġa waħda: 449 00:19:17,645 --> 00:19:18,841 Grazzi. 450 00:19:18,940 --> 00:19:22,220 Għax kieku ma kienx għall-kattivi, ma jkollniex super-eroj. 451 00:19:23,020 --> 00:19:27,237 Qiegħed hawn biex nuri li l-impossibbli mhux impossibbli. 452 00:19:28,300 --> 00:19:32,310 Din perikoluża ħafna, taf toqtolni. 453 00:19:32,340 --> 00:19:33,720 Nispera li togħġobkom. 454 00:19:33,720 --> 00:19:35,260 (Daħka) 455 00:19:36,350 --> 00:19:38,700 Se neħtieġ l-għajnuna tagħkom għal din. 456 00:19:46,731 --> 00:19:48,405 Udjenza: Tnejn, tlieta. 457 00:19:48,405 --> 00:19:52,100 Dan Meyer: Le, le, le. Neħtieġ l-għajnuna biex ngħodd, kulħadd, ok? 458 00:19:52,100 --> 00:19:53,210 (Daħka) 459 00:19:53,210 --> 00:19:55,840 Jekk tafu l-kliem? Ok? Għoddu miegħi. Lesti? 460 00:19:55,870 --> 00:19:56,964 Wieħed. 461 00:19:56,964 --> 00:19:58,150 Tnejn. 462 00:19:58,170 --> 00:19:58,980 Tlieta. 463 00:19:58,980 --> 00:20:00,920 Le, dak 2, imma fhimtu. 464 00:20:06,760 --> 00:20:07,780 Udjenza: Wieħed. 465 00:20:07,840 --> 00:20:08,750 Tnejn. 466 00:20:08,800 --> 00:20:10,010 Tlieta. 467 00:20:11,260 --> 00:20:13,280 (Stagħġib) 468 00:20:14,360 --> 00:20:15,940 (Ċapċipa) 469 00:20:16,251 --> 00:20:17,450 DM: Yeah! 470 00:20:17,450 --> 00:20:23,100 (Ċapċipa)(Ferħ) 471 00:20:23,100 --> 00:20:24,820 Grazzi ħafna. 472 00:20:25,450 --> 00:20:28,800 Grazzi , grazzi , grazzi . Grazzi minn qiegħ qalbi. 473 00:20:28,800 --> 00:20:31,290 Jew le, grazzi minn qiegħ l-istonku tiegħi. 474 00:20:31,880 --> 00:20:35,020 Għedtilkom li ġejt hawn biex nagħmel l-impossibbli u hekk għamilt. 475 00:20:35,030 --> 00:20:37,730 Imma dan ma kienx impossibbli. Nagħmel hekk kuljum. 476 00:20:37,800 --> 00:20:42,800 L-impossibbli kien għal dak it-tfajjel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 477 00:20:42,840 --> 00:20:44,600 jaffaċja l-biża' u jitla' fuq palk, 478 00:20:44,600 --> 00:20:47,100 u li jibdel id-dinja, kelma kelma, 479 00:20:47,100 --> 00:20:49,080 xabla, xabla, ħajja, ħajja. 480 00:20:49,080 --> 00:20:52,060 Jekk għentkom taħsbu b'modi ġodda, jekk għentkom temmnu 481 00:20:52,060 --> 00:20:54,460 li l-impossibbli mhux impossibli, 482 00:20:54,460 --> 00:20:57,960 jekk għentkom tifhmu li tistgħu tagħmlu l-impossibbli f'ħajjitkom, 483 00:20:58,120 --> 00:21:01,020 allura xogħoli hawn lest, u għalikom għadu jibda. 484 00:21:01,020 --> 00:21:04,100 Qatt tieqfu toħolmu. Qatt tieqfu temmnu. 485 00:21:04,820 --> 00:21:06,350 Grazzi talli emmintu fija 486 00:21:06,350 --> 00:21:08,250 u grazzi talli kontu parti minn ħolmti. 487 00:21:08,250 --> 00:21:09,550 U dan huwa r-rigal tiegħi: 488 00:21:09,550 --> 00:21:11,486 L-impossibbli mhux... 489 00:21:11,486 --> 00:21:12,920 Udjenza: Impossibbli. 490 00:21:12,920 --> 00:21:14,920 Il-mixja twila parti mir-rigal. 491 00:21:15,100 --> 00:21:19,560 (Ċapċipa) 492 00:21:19,560 --> 00:21:21,020 Grazzi. 493 00:21:21,060 --> 00:21:25,360 (Ċapċipa) 494 00:21:25,580 --> 00:21:27,560 (Ferħ) 495 00:21:27,780 --> 00:21:30,240 Preżentatur: Grazzi, Dan Meyer, wow!