WEBVTT 00:00:08.380 --> 00:00:09.561 Grazzi. 00:00:16.270 --> 00:00:21.200 Darba kien hemm re fl-Indja, Maharaja, u għal għeluq sninu, ħareġ digriet 00:00:21.200 --> 00:00:24.200 li l-kapijiet tal-ibliet kollha kellhom iġibulu rigal ta' re. 00:00:24.400 --> 00:00:28.370 Uħud minnhom ġabulu ħarir fin, oħrajn xwabel sbieħ, 00:00:28.370 --> 00:00:29.490 uħud ġabulu xi deheb. 00:00:29.490 --> 00:00:32.659 Fl-aħħar miss lil raġel żgħir, xiħ u mkemmex 00:00:32.659 --> 00:00:36.630 li biex wasal mir-raħal tiegħu għadda ħafna jiem ibaħħar. 00:00:36.630 --> 00:00:41.150 Hekk kif beda joqrob, iben ir-re staqsieh, "X'rigal ġibtlu lir-Re?" 00:00:41.457 --> 00:00:44.750 U x-xiħ fetaħ idu bilmod u wrieħ 00:00:44.750 --> 00:00:49.600 arzella mill-isbaħ, b'tidwiriet ta' vjola u isfar, aħmar u blu. 00:00:50.160 --> 00:00:51.380 U iben ir-Re qal, 00:00:51.460 --> 00:00:54.400 "Dan mhux rigal denju għar-Re! X'rigal hu dak?" 00:00:54.600 --> 00:00:57.400 Ix-xiħ għolla ħarstu bilmod lejh u qal, 00:00:57.590 --> 00:01:00.750 "Mixja twila...parti mir-rigal." 00:01:01.060 --> 00:01:02.560 (Daħka ġenerali) 00:01:02.900 --> 00:01:05.970 Dalwaqt, ser intikom rigal, 00:01:05.970 --> 00:01:08.270 rigal li nemmen għandkom ixxerdu mal-oħrajn. 00:01:08.290 --> 00:01:10.050 Imma qabel nagħtikom ir-rigal, 00:01:10.050 --> 00:01:11.960 ejjew miegħi fuq mixja twila. 00:01:12.160 --> 00:01:13.740 Bħal ħafna minnkom, 00:01:13.740 --> 00:01:15.320 bdejt ħajti bħala tifel żgħir. 00:01:15.320 --> 00:01:17.460 Kemm minnkom bdew ħajjithom bħala tfal żgħar? 00:01:17.460 --> 00:01:18.510 Twelidtu żgħar? 00:01:18.740 --> 00:01:20.500 Ok...nofskom twelidtu hekk... 00:01:20.570 --> 00:01:21.590 (Daħka ġenerali) 00:01:21.820 --> 00:01:24.910 U l-bqija? X'ġara? Twelidtu diġà kbar? 00:01:25.060 --> 00:01:27.640 Nixtieq niltaqa' m'ommkom! 00:01:27.820 --> 00:01:29.460 Kont naħseb li mpossibli! 00:01:30.560 --> 00:01:34.740 Bħala tifel żgħir, dejjem kelli dik il-kilba biex nagħmel l-impossibli. 00:01:35.620 --> 00:01:38.880 Illum jum li ili nistennih ħafna snin, 00:01:38.880 --> 00:01:41.000 għax illum ser nipprova nagħmel 00:01:41.020 --> 00:01:43.620 dak li għalija mpossibli, hawn, quddiem għajnejkom, 00:01:43.620 --> 00:01:45.460 hawn f'TEDxMaastricht. 00:01:45.800 --> 00:01:48.160 Ser nibda billi 00:01:48.760 --> 00:01:50.880 ngħidilkom kif se nagħlaq: 00:01:51.220 --> 00:01:52.640 U ser nurikom kif 00:01:52.640 --> 00:01:54.940 l-impossibbli mhux impossibbli. 00:01:55.300 --> 00:01:58.210 U se ntemm kollox billi ntikom rigal biex taqsmuh mal-oħrajn: 00:01:58.210 --> 00:02:01.350 Ser nurikom li tistgħu twettqu l-impossibbli f'ħajjitkom. 00:02:02.660 --> 00:02:05.420 Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq l-impossibbli, sibt li 00:02:05.420 --> 00:02:08.229 hemm żewġ affarijiet komuni għal kulħadd madwar id-dinja. 00:02:08.229 --> 00:02:09.870 Kulħadd jibża', 00:02:09.870 --> 00:02:11.640 u kulħadd joħlom. 00:02:12.900 --> 00:02:17.560 Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq l-impossibbli, sibt li 00:02:17.560 --> 00:02:20.100 għamilt tlett affarijiet tul is-snin 00:02:20.110 --> 00:02:23.290 li ġiegħluni nagħmel l-impossibbli: 00:02:24.200 --> 00:02:26.900 Dodgeball, jew kif issejħulu "Trefbal", 00:02:27.290 --> 00:02:28.360 Superman, 00:02:28.460 --> 00:02:29.460 u nemusa. 00:02:29.460 --> 00:02:30.810 Tlett kelmiet ċentrali. 00:02:30.810 --> 00:02:33.500 Issa tafu għalfejn inwettaq l-impossibbli f'ħajti. 00:02:33.610 --> 00:02:36.220 Ser nurikom il-mixja tiegħi, mixja twila 00:02:36.320 --> 00:02:38.680 mill-biża' għall-ħolm, 00:02:38.740 --> 00:02:40.980 mill-kliem għax-xwabel, 00:02:41.160 --> 00:02:42.740 mid-Dodgeball 00:02:42.850 --> 00:02:44.020 sa' Superman 00:02:44.020 --> 00:02:45.340 sa' nemusa. 00:02:45.800 --> 00:02:47.360 U nispera li nurikom 00:02:47.360 --> 00:02:49.900 kif tistgħu twettqu l-impossibbli f'ħajjitkom. 00:02:52.480 --> 00:02:54.934 L-4 t'Ottubru 2007. 00:02:55.840 --> 00:02:57.360 Qalbi kienet qed tħabbat mija mija, 00:02:57.370 --> 00:02:59.020 irkuptejja jirtogħdu hekk 00:02:59.020 --> 00:03:00.710 kif tlajt fuq il-palk tat-teatru 00:03:00.710 --> 00:03:03.150 Sanders fl-Università ta' Harvard biex 00:03:03.150 --> 00:03:06.160 naċċetta l-premju Ig Nobel fil-Mediċina tal-2007 00:03:06.160 --> 00:03:08.660 għal riċerka li ħdimt fuqha ma' ħaddieħor 00:03:08.660 --> 00:03:10.270 jisimha "Sword Swallowing... 00:03:10.420 --> 00:03:11.740 ... and its Side Effects". 00:03:11.870 --> 00:03:13.275 (Daħka ġenerali) 00:03:13.840 --> 00:03:17.880 Ġiet pubblikata f'rivista ċkejkna li qatt ma kont qrajt qabel. 00:03:18.460 --> 00:03:20.419 il-British Medical Journal. 00:03:21.360 --> 00:03:24.740 U għalija, dik kienet ħolma impossibbli li saret realtà, 00:03:24.900 --> 00:03:28.120 kienet sorpriża mhux mistennija għal xi ħadd bħali, 00:03:28.130 --> 00:03:31.459 kien unur li qatt mhu ser ninsa. 00:03:31.459 --> 00:03:34.539 Imma ma kinetx l-iktar parti memorabbli ta' ħajti. 00:03:35.540 --> 00:03:37.640 Fl-4 t'Ottubru 1967, 00:03:38.020 --> 00:03:40.260 dat-tifel imbeżża, mistħi, niexef u bla sinsla 00:03:41.100 --> 00:03:43.120 kien mimli biżgħat. 00:03:43.460 --> 00:03:45.579 Kif kien qed jipprepara biex jitla' fuq palk, 00:03:45.579 --> 00:03:47.234 qalbu kienet tħabbat mija mija, 00:03:47.500 --> 00:03:49.162 irkuptejh jirtogħodu. 00:03:49.780 --> 00:03:52.120 Prova jiftaħ ħalqu biex jitkellem, 00:03:56.490 --> 00:03:58.130 imma l-kliem ma setgħux joħorġu. 00:03:58.130 --> 00:04:00.040 Baqa' hemm jitriegħed, jibki. 00:04:00.630 --> 00:04:02.360 Weħel bil-biża' paniku li qabdu, 00:04:02.360 --> 00:04:03.760 ffriża bil-biża'. 00:04:03.960 --> 00:04:06.130 Dat-tifel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 00:04:06.130 --> 00:04:08.212 kien ibagħati minn ħafna biżgħat. 00:04:08.649 --> 00:04:10.330 Kien jibża' mid-dlam, 00:04:10.520 --> 00:04:11.640 mill-għoli, 00:04:11.640 --> 00:04:13.040 mill-brimb u mis-sriep... 00:04:13.040 --> 00:04:15.140 Hawn min minnkom jibża' mill-brimb u s-sriep? 00:04:15.280 --> 00:04:16.660 Iva, hawn ftit minnkom... 00:04:16.660 --> 00:04:19.079 Kien jibża' mill-ilma u mill-klieb -il baħar 00:04:19.079 --> 00:04:21.939 Biża' mit-tobba, l-infermiera u d-dentist, 00:04:21.939 --> 00:04:24.680 mil-labar, mit-trapani u mill-ħġejjeġ li jaqtgħu. 00:04:24.680 --> 00:04:27.380 Imma kellu biża' ikbar milli minn dawn - biża' 00:04:27.470 --> 00:04:28.470 minn nies. 00:04:29.380 --> 00:04:31.750 Dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 00:04:31.750 --> 00:04:32.570 kien jien. 00:04:33.320 --> 00:04:36.697 Kelli biża' mill-falliment u li ma nkunx aċċettat, 00:04:37.300 --> 00:04:39.120 stima baxxa tiegħi innifsi, 00:04:39.120 --> 00:04:42.840 kumpless ta' inferjorità u xi ħaġa li dak iż-żmien lanqas konna sibna- 00:04:42.840 --> 00:04:44.660 problema ta' ansjetà soċjali. 00:04:44.955 --> 00:04:48.610 Billi kont imbeżża, il-bullies kienu jinkuni u jsawwtuni. 00:04:48.610 --> 00:04:52.240 Kienu jiddieħku bija u jgħajjruni, ma kinux iħalluni nilgħab 00:04:52.300 --> 00:04:54.260 magħhom. 00:04:55.020 --> 00:04:58.056 Ah, kien hemm logħba li kienu jħalluni nilgħab... 00:04:58.100 --> 00:04:59.427 Dodgeball - 00:04:59.500 --> 00:05:01.443 u ma kontx naf nevità l-ballun. 00:05:01.760 --> 00:05:03.500 Il-bullies kienu jsejjħu ismi, 00:05:03.500 --> 00:05:05.970 u jien kont inħares u nara ballun aħmar stramb 00:05:05.970 --> 00:05:08.200 ġej għal wiċċi b'veloċità supersonika 00:05:08.210 --> 00:05:09.950 bam, bam, bam! 00:05:10.580 --> 00:05:13.220 U niftakar f'ħafna jiem, miexi lura d-dar mill-iskola 00:05:13.300 --> 00:05:18.180 wiċċi kien aħmar u jniggeż, widnejja kienu ħomor u jsaffru. 00:05:18.180 --> 00:05:21.140 Għajnejja ħomor bid-dmugħ, 00:05:21.180 --> 00:05:23.515 u kliemhom jidwi f'widnejja. 00:05:23.740 --> 00:05:25.000 Darba xi ħadd qal, 00:05:25.020 --> 00:05:28.660 "Sticks and stones can break my bones, but words will never hurt me"... 00:05:28.880 --> 00:05:30.131 Hija gidba. 00:05:30.310 --> 00:05:31.980 Il-kliem jista' jaqta' bħal sikkina. 00:05:31.980 --> 00:05:34.030 Il-kliem jistgħu jinfdu bħal xabla. 00:05:34.210 --> 00:05:36.040 Il-kliem jista' jagħmel feriti tant 00:05:36.040 --> 00:05:37.780 fondi li ma jidhrux. 00:05:38.150 --> 00:05:41.140 Allura kelli ħafna biża'. U l-kliem kienu l-ikbar għadu tiegħi. 00:05:41.260 --> 00:05:42.491 Għadhom sal-lum. 00:05:43.355 --> 00:05:45.300 Imma kelli wkoll il-ħolm. 00:05:45.300 --> 00:05:47.980 Kont immur id-dar u ninħeba fil-komiks ta' Superman 00:05:47.980 --> 00:05:49.774 u kont naqra l-komiks ta' Superman 00:05:49.774 --> 00:05:53.440 u kont noħlom li nkun super-eroj bħal Superman. 00:05:53.480 --> 00:05:56.240 Ridt niġġieled għall-verità u l- ġustizzja, 00:05:56.240 --> 00:05:58.680 ridt niġġieled kontra l-kattivi u l-kriptonite, 00:05:58.680 --> 00:06:02.895 ridt intir madwar id-dinja, inwettaq atti super-umani u nsalva l-ħajjiet. 00:06:03.400 --> 00:06:05.850 Kont affaxxinat ukoll bl-affarijiet li kienu veri. 00:06:05.860 --> 00:06:09.450 Kont qrajt il-Gusiness Book of World Records u Believe it or Not ta' Ripley. 00:06:09.660 --> 00:06:13.080 Hawn min minnkom qara l-Gusiness Book of World Records jew ta' Ripley? 00:06:13.100 --> 00:06:14.390 Dawk kotba li nħobb! 00:06:14.390 --> 00:06:16.340 Rajt nies ta' vera jagħmlu affarijiet ta' vera. 00:06:16.340 --> 00:06:17.790 U għedt, irrid nagħmel bħalhom. 00:06:17.790 --> 00:06:19.330 Jekk il-bullies ma jħallunix 00:06:19.330 --> 00:06:21.030 nilgħab fl-isports tagħhom, 00:06:21.030 --> 00:06:23.335 irrid nagħmel il-maġija, ħġejjeġ impressjonanti. 00:06:23.335 --> 00:06:26.659 Irrid nagħmel xi ħaġa kbira li dawk il-bullies ma jistgħux jagħmlu. 00:06:26.659 --> 00:06:28.609 Irrid insib dak li jien magħmul għalih, 00:06:28.609 --> 00:06:30.529 irrid inkun naf li ħajti tfisser xi ħaġa, 00:06:30.529 --> 00:06:33.320 irrid nagħmel xi ħaġa ma titwemminx li tibdel id-dinja; 00:06:33.320 --> 00:06:36.960 irrid nuri li l-impossibbli mhux impossibbli. 00:06:38.340 --> 00:06:40.240 Naqżbu għal 10 snin wara - 00:06:40.240 --> 00:06:42.706 Kienet il-ġimgħa qabel nagħlaq 21 sena. 00:06:42.819 --> 00:06:46.799 Seħħew ġiex affarijiet f'jum wieħed li kellhom jibdluli ħajti għal dejjem. 00:06:47.040 --> 00:06:49.391 Kont qed ngħix Tamil Nadu, fin-nofsinhar tal-Indja 00:06:49.540 --> 00:06:51.020 Kont missjunarju hemm, 00:06:51.020 --> 00:06:53.090 u l-parrinu (mentor), il-ħabib tiegħi staqsa 00:06:53.090 --> 00:06:54.720 "Daniel, għandek Thromes?" 00:06:54.720 --> 00:06:57.440 U jien għedt, "Thromes? X'inhuma Thromes?" 00:06:57.440 --> 00:07:00.490 Qalli, "Thromes huma objettivi ċentrali għal ħajtek. 00:07:00.490 --> 00:07:04.630 Huma il-ħolm u l-objettivi, bħal per eżempju jekk tista' 00:07:04.630 --> 00:07:07.240 tagħmel dak li trid, tmur fejn trid 00:07:07.240 --> 00:07:08.309 tkun min trid, 00:07:08.309 --> 00:07:09.286 fejn tmur? X'tagħmel? 00:07:09.286 --> 00:07:10.300 Min tkun? 00:07:11.040 --> 00:07:13.420 Weġibtu "Ma nistax nagħmel hekk! Nibża' wisq! Għandi ħafna biżgħat!" 00:07:13.420 --> 00:07:17.800 Dak il-lejl ħadt il-lizar tar-ross tiegħi fuq il-bejt tal-bungalow, 00:07:17.810 --> 00:07:19.259 ferrixtu taħt l-istilel, 00:07:19.259 --> 00:07:21.869 u qgħadt nara l-friefet il-lejl jgħoddsu għan-nemus. 00:07:21.869 --> 00:07:26.200 U ma stajt naħseb fuq xejn ħlief thromes, ħolm u objettivi, 00:07:26.200 --> 00:07:28.360 u l-bullies bil-blalen tad-dodgeball. 00:07:28.760 --> 00:07:30.730 Stenbaħt ftit sigħat wara. 00:07:31.220 --> 00:07:33.940 Qalbi kienet tħabbat mija mija, irkuptejja kienu jirtogħdu. 00:07:34.080 --> 00:07:36.020 Did-darba ma kinetx il-biża'. 00:07:36.420 --> 00:07:38.395 Ġismi kien qed jintilef. 00:07:38.500 --> 00:07:40.180 U għall-ħamest ijiem ta' wara 00:07:40.330 --> 00:07:44.199 kont qed niġi f' u nitlef sensija, fuq is-sodda tal-mewt niġġieled għal-ħajti 00:07:44.199 --> 00:07:48.239 Moħħi kien qed jinxtewa b'105 deni tal-malarja. 00:07:48.390 --> 00:07:51.600 U meta niġi f'sensija kont qed naħseb biss fuq it-thromes. 00:07:51.600 --> 00:07:53.820 Ħsibt, "X'irrid nagħmel b'ħajti?" 00:07:53.950 --> 00:07:56.380 Fl-aħħar, fil-lejl ta' qabel għalaqt 21 sena, 00:07:56.380 --> 00:07:58.030 f'ħin fejn kont ċar, 00:07:58.030 --> 00:07:59.639 fhimt: 00:07:59.639 --> 00:08:02.100 Indunajt li dik in-nemusa żgħira, 00:08:02.620 --> 00:08:05.020 Anopheles Stephensi, 00:08:05.280 --> 00:08:06.610 dik in-nemusa żgħira 00:08:06.610 --> 00:08:08.390 li tiżen inqas minn 5 mikro grammi 00:08:08.390 --> 00:08:09.810 inqas minn farka melħ, 00:08:09.810 --> 00:08:12.780 jekk dik in-nemusa setgħet toqtol raġel ta' 80 kilo, 00:08:12.780 --> 00:08:14.860 indunajt li dik kienet il-kriptonite tiegħi. 00:08:14.860 --> 00:08:17.150 Imbgħad fhimt, le, le, mhux in-nemusa 00:08:17.150 --> 00:08:19.480 Dik kienet il-parassita fin-nemusa 00:08:19.480 --> 00:08:23.160 Plasmodium Falciparum, li toqtol iktar minn miljun fis-sena. 00:08:23.509 --> 00:08:25.999 Imbgħad fhimt Le le, iżgħar minn hekk, 00:08:25.999 --> 00:08:28.550 imma għalija, dehret ħafna ikbar. 00:08:28.550 --> 00:08:29.640 Fhimt, 00:08:29.640 --> 00:08:31.270 il-biża' kienet il-kriptonite tiegħi 00:08:31.270 --> 00:08:32.140 il-parassita tiegħi, 00:08:32.140 --> 00:08:34.990 li żammitni lura u pparalizzatni tul ħajti kollha. 00:08:35.200 --> 00:08:38.080 Kif tafu, hemm differenza bejn il-periklu u l-biża'. 00:08:38.109 --> 00:08:39.698 Il-periklu jeżisti. 00:08:39.990 --> 00:08:42.010 Il-biża' hija għażla. 00:08:42.080 --> 00:08:44.309 U fhimt li kelli għażla: 00:08:44.309 --> 00:08:48.180 Stajt ngħix fil-biża', u mmut fallut dak il-lejl 00:08:49.070 --> 00:08:52.080 jew stajt noqtol il-biża', u stajt 00:08:52.080 --> 00:08:56.060 infittex li ngħix il-ħolm tiegħi, nieħu ċans ngħix il-ħajja. 00:08:56.680 --> 00:08:59.560 U kif tafu, meta tkun fuq is-sodda tal-mewt tiffaċja l-mewt, 00:08:59.560 --> 00:09:04.080 hemm tkun verament trid tgħix il-ħajja. 00:09:04.180 --> 00:09:07.140 Fhimt li kulħadd imut, imma mhux kulħadd jgħix. 00:09:08.040 --> 00:09:09.890 Ngħixu għax immutu. 00:09:09.890 --> 00:09:11.580 Meta titgħallem tmut, 00:09:11.580 --> 00:09:13.070 titgħallem verament tgħix. 00:09:13.070 --> 00:09:15.140 Dak il-lejl iddeċidejt li kont ser 00:09:15.140 --> 00:09:16.420 nibdel l-istorja tiegħi. 00:09:16.915 --> 00:09:18.230 Ma ridtx immut. 00:09:18.230 --> 00:09:20.010 Għalhekk għedt talba żgħira. Għedt 00:09:20.010 --> 00:09:22.230 "O Alla, jekk tħallini ngħix sakemm nagħlaq 21, 00:09:22.230 --> 00:09:24.544 daqshekk ħallejt lill- biża' tikkmandali ħajti. 00:09:24.670 --> 00:09:26.520 Ser noqtol il-biżgħat tiegħi, 00:09:26.520 --> 00:09:29.530 ser ngħix il-ħolm tiegħi, 00:09:29.530 --> 00:09:31.270 ser nibdel l-attitudni tiegħi, 00:09:31.270 --> 00:09:33.540 irrid nagħmel xi ħaġa kbira b'ħajti, 00:09:33.540 --> 00:09:35.550 irrid insib l-iskop tiegħi, 00:09:35.550 --> 00:09:38.632 irrid insir naf li l-impossibbli mhux impossibbli." 00:09:38.780 --> 00:09:42.820 Mhux se ngħidlkom jekk għextx jew le wara dak il-lejl. Pruvaw aqtgħu. 00:09:42.850 --> 00:09:43.978 (Daħka ġenerali) 00:09:43.978 --> 00:09:47.100 Imma dak il-lejl għamilt lista tal-ewwel 10 Thromes tiegħi: 00:09:47.100 --> 00:09:50.210 Iddeċidejt li ridt inżur il- kontinenti prinċipali 00:09:50.210 --> 00:09:51.820 inżur is-Seba' Meravilji tad-Dinja 00:09:51.820 --> 00:09:53.410 nitgħallem skoss ilsna, 00:09:53.410 --> 00:09:54.940 ngħix fuq gżira waħdi, 00:09:54.940 --> 00:09:56.480 ngħix fuq vapur fl-oċejan, 00:09:56.480 --> 00:09:58.650 ngħix ma' tribù Indjani fl- Amazonja, 00:09:58.650 --> 00:10:01.210 nitla' l-itwal muntajnja fl- Iżvezja, 00:10:01.210 --> 00:10:03.180 ridt nara tlugħ ix-xemx mill- Everest 00:10:03.190 --> 00:10:05.390 ridt naħdem fil-mużika f'Nashville, 00:10:05.400 --> 00:10:07.060 ridt naħdem f'ċirku, 00:10:07.080 --> 00:10:09.120 ridt naqbeż minn ajruplan. 00:10:09.120 --> 00:10:12.380 Fl-20 sena li ġew wara, irnexxieli nagħmel ħafna minn dawk it-Thromes 00:10:12.410 --> 00:10:14.650 Kull darba li naqta' throme mil-lista 00:10:14.650 --> 00:10:18.190 kont inżid 5 jew 10 oħra mal-lista u l-lista tiegħi baqgħet tikber. 00:10:18.800 --> 00:10:23.280 Għas-seba' snin ta' wara, għext fuq gżira żgħira fil-Bahamas 00:10:23.320 --> 00:10:25.360 għal madwar seba' snin 00:10:25.370 --> 00:10:27.274 f'għarix, 00:10:29.480 --> 00:10:33.820 naqbad il-klieb u l-ħamiem -il baħar biex niekol, waħdi fuq il-gżira 00:10:33.820 --> 00:10:36.249 liebes dublett taċ-ċaruta, 00:10:36.680 --> 00:10:39.160 u tgħallimt ngħum mal-klieb -il baħar. 00:10:39.160 --> 00:10:40.980 Minn hemm, mort il-Messiku, 00:10:40.980 --> 00:10:45.000 imbgħad mort fil-baċin tax-xmara Amazonja fl-Ekwador, 00:10:45.241 --> 00:10:48.100 Pujo Pongo Ekwador, għext ma' tribù hemm, 00:10:48.100 --> 00:10:52.180 u biċċa biċċa bdejt nikseb il-kunfidenza grazzi għat-thromes: 00:10:52.180 --> 00:10:55.100 Bdejt naħdem fil-mużika f' Nashville, imbgħad l-Iżvezja, 00:10:55.110 --> 00:10:57.870 mort Stokkolma, hemm ħdimt fil-mużika, 00:10:57.870 --> 00:11:01.920 u tlajt il-quċċata tal-muntajna Kebnekaise fuq iċ-Ċirku Artiku. 00:11:03.300 --> 00:11:04.750 Tgħallimt nagħmilha ta' buffu, 00:11:04.750 --> 00:11:05.860 il-juggling, 00:11:05.860 --> 00:11:07.480 kif nimxi fuq il-pilastri, 00:11:07.480 --> 00:11:10.440 kif nirkeb rota waħda, niekol in-nar u niekol il-ħġieġ. 00:11:10.450 --> 00:11:13.620 Fl-1997 smajt li kien fadal inqas minn 12-il belliegħ tax-xwabel 00:11:13.620 --> 00:11:15.410 u għedt, "Irrid inkun bħalhom!" 00:11:15.420 --> 00:11:18.290 Iltqajt ma' belliegħ tax-xwabel, u tlabtu jgħinni. 00:11:18.290 --> 00:11:20.190 Qalli, "Iva ntik 2 suġġerimenti: 00:11:20.190 --> 00:11:21.926 L-ewwel: Perikoluża ħafna, 00:11:21.926 --> 00:11:23.948 mietu n-nies jagħmluha. 00:11:23.948 --> 00:11:24.953 It-tieni: 00:11:24.953 --> 00:11:26.206 Tippruvahiex!" 00:11:26.206 --> 00:11:27.520 (Daħka ġenerali) 00:11:27.540 --> 00:11:29.540 Għalhekk żidtha mal-lista tat-thromes. 00:11:30.440 --> 00:11:33.320 U pprattikajt 10 sa 12-il darba kuljum, kull jum 00:11:33.660 --> 00:11:35.160 għal 4 snin. 00:11:35.209 --> 00:11:36.709 U issa ħdimtha... 00:11:36.709 --> 00:11:40.020 4 x 365 [x12] 00:11:40.020 --> 00:11:42.660 Madwar 13,000 prova li ma rnexxietx 00:11:42.660 --> 00:11:45.420 qabel irnexxieli nniżżel xabla f'gerżumti fl-2001. 00:11:46.002 --> 00:11:47.630 Fl-istess żmien niżżilt throme 00:11:47.630 --> 00:11:50.940 li kelli nsir l-ikbar espert fid-dinja tal-bliegħ tax-xwabel. 00:11:50.970 --> 00:11:53.820 Allura fittixt għal ktieb, magażin, artikli tal-gazzetti, 00:11:53.820 --> 00:11:57.670 kull rapport mediku, studjajt il-fiżjoloġija, l-anatomija 00:11:57.676 --> 00:11:59.719 tkellimt ma' tobba u nfermiera, 00:11:59.719 --> 00:12:01.760 laqqajt il-belliegħa tax-xwabel kollha, 00:12:01.760 --> 00:12:04.250 ħloqna Sword Swallowers Association International 00:12:04.250 --> 00:12:06.450 u għamilna riċerka medika ta' sentejn dwar il- 00:12:06.450 --> 00:12:08.580 Bliegħ tax-xwabel u l-effetti mhux mixtieqa 00:12:08.580 --> 00:12:10.980 li ġiet ippubblikata fil- British Medical Journal. 00:12:10.980 --> 00:12:11.840 (Daħka ġenerali) 00:12:11.840 --> 00:12:12.940 Grazzi. 00:12:12.960 --> 00:12:17.748 (Ċapċipa) 00:12:18.200 --> 00:12:21.570 U tgħallimt xi affarijiet affaxxinanti dwar il-bliegħ tax-xwabel. 00:12:21.571 --> 00:12:25.260 Affarijiet li qatt ma ħsibtu fihom qabel imma wara llejla tibqgħu tiftakruhom. 00:12:25.260 --> 00:12:28.550 Id-darba li jmiss li tkunu d-dar u taqtgħu biċċa laħam bis-sikkina 00:12:28.550 --> 00:12:31.759 jew xabla, jew il-"bestek" tagħkom, se taħsbu f'din... 00:12:34.257 --> 00:12:36.589 Tgħallimt li l-bliegħ tax-xwabel beda l-Indja - 00:12:36.589 --> 00:12:39.889 hemm fejn rajtu jsir l-ewwel darba meta kelli 20 sena - 00:12:39.889 --> 00:12:42.290 madwar 4000 sena ilu, madwar 2000 Q.K. 00:12:42.290 --> 00:12:45.580 Fl-aħħar 150 sena, il-belliegħa tax-xwabel intużaw 00:12:45.590 --> 00:12:47.400 fil-kampijiet tax-xjenza u l-mediċina 00:12:47.480 --> 00:12:51.160 biex jiżviluppaw l-endoskopu dritt fl-1868 00:12:51.160 --> 00:12:53.820 ta' Dr. Adolf Kussmaul fi Freibug il-Ġermanja. 00:12:53.880 --> 00:12:56.639 Fl-1906, l-elektrokardjogramma f'Wales, 00:12:56.639 --> 00:13:00.240 biex jistudja il-problemi tal-bliegħ u d-diġestjoni, 00:13:00.240 --> 00:13:01.860 bronkoskopi u dat-tip ta' ħġejjeġ. 00:13:01.860 --> 00:13:03.840 Imma fl-aħħar 150 sena, 00:13:03.840 --> 00:13:07.860 nafu b'mijiet ta' korrimenti u numru ta' mwiet... 00:13:07.880 --> 00:13:14.560 Minn naħa għandek l-endoskopu dritt ta' Dr. Adolf Kussmaul. 00:13:14.740 --> 00:13:18.679 Imma sibna li kien hemm 29 mewt fl-aħħar 150 sena 00:13:18.679 --> 00:13:22.462 inkluża dik ta' belliegħ tax-xwabel minn Londra li nifed qalbu bix-xabla. 00:13:23.142 --> 00:13:25.340 Sibna wkoll li jkun hemm bejn 3 u 8 00:13:25.340 --> 00:13:27.780 korrimenti serji kull sena minħabba l-bliegħ tax-xwabel. 00:13:27.780 --> 00:13:29.880 Naf għax iċempluli. 00:13:29.880 --> 00:13:31.150 Kelli biss 2, 00:13:31.150 --> 00:13:34.320 waħda mill-Iżvezja u waħda minn Orlando, fil-ġimgħat li għaddew, 00:13:34.320 --> 00:13:37.019 belliegħa tax-xwabel li jinsabu l-isptar għax weġġgħu. 00:13:37.019 --> 00:13:38.769 Hija perikoluża ħafna. 00:13:38.769 --> 00:13:41.629 Il-ħaġa l-oħra li tgħallimt hija li għal ħafna nies, 00:13:41.629 --> 00:13:44.320 biex jitgħallmu jibilgħu ix-xwabel, idumu bejn 00:13:44.320 --> 00:13:45.610 sentejn u għaxar snin. 00:13:45.610 --> 00:13:48.020 Iżda l-iktar skoperta affaxxinanti għalija kienet 00:13:48.020 --> 00:13:51.360 kif il-belliegħa tax-xwabel jitgħallmu jagħmlu l-impossibbli. 00:13:51.460 --> 00:13:53.460 U ser ngħidilkom sigriet żgħir: 00:13:53.520 --> 00:13:57.580 Taħsbux fuq id-99.9% li huwa mpossibbli. 00:13:57.580 --> 00:14:02.030 Iffukaw fuq dak il-.1% li huwa possibli u araw kif ser twettquh. 00:14:02.817 --> 00:14:06.140 Issa ħalluni ndaħħalkom f'moħħ il-belliegħ tax-xwabel. 00:14:06.140 --> 00:14:09.479 Biex tibla' xabla, teħtieġ il-meditazzjoni tal-moħħ fuq il-ġisem, 00:14:09.479 --> 00:14:12.270 konċentrazzjoni estrema, u eżattezza biex tifhem l-organi 00:14:12.270 --> 00:14:15.670 ġewwiena tal-ġisem u tirbaħ kontra r-riflessi awtomatiċi tal-ġisem 00:14:15.710 --> 00:14:20.370 b'sinopsi tal-moħħ imtejjba, b'memorja muskolari 00:14:20.450 --> 00:14:23.720 u bi prattika ta' iktar minn 10,000 darba. 00:14:24.020 --> 00:14:28.090 Issa ħalluni noħodkom mixja fil-ġisem ta' belliegħ tax-xwabel. 00:14:28.310 --> 00:14:30.130 Biex tibla' xabla, 00:14:30.130 --> 00:14:32.250 jeħtieġli nżerżaq ix-xafra fuq ilsieni, 00:14:32.250 --> 00:14:34.780 inwaqqaf ir-rifless fl-esofagu ċervikali, 00:14:34.780 --> 00:14:37.740 indawwar dawra ta' 90 grad fl-epiglottite, 00:14:38.240 --> 00:14:41.040 ngħaddi mill-isfintere tal-esofagu cricofarinġju ta' fuq, 00:14:41.060 --> 00:14:42.600 inwaqqaf ir-rifless peristalsiku 00:14:42.600 --> 00:14:44.380 inżerżaq ix-xafra fil-fetħa ta' sidri 00:14:44.380 --> 00:14:45.960 bejn il-pulmun. 00:14:46.080 --> 00:14:48.349 Hawnhekk, 00:14:48.399 --> 00:14:50.389 irrid nimbotta qalbi lejn il-ġenb. 00:14:50.389 --> 00:14:51.720 Jekk tħarsu bir-reqqa, 00:14:51.720 --> 00:14:53.860 taraw it-taħbit ta' qalbi max-xabla 00:14:53.860 --> 00:14:55.859 għax qed tmiss mal-qalb u mifruda biss 00:14:55.859 --> 00:14:58.809 b'wieħed minn tmienja ta' pulzier ta' tessut tal-esofagu. 00:14:58.809 --> 00:15:00.580 Din mhux xi ħaġa li tista' tirreċtaha. 00:15:00.580 --> 00:15:02.710 Imbgħad irrid ngħaddiha bejn l-għadma tas-sider, 00:15:02.710 --> 00:15:05.540 mill-isfintere tal-esofagu cricofarinġju t'isfel sal-istonku 00:15:05.540 --> 00:15:09.020 inwaqqaf ir-rifless tal-istonku u nwassalha sad-duodenum. 00:15:09.020 --> 00:15:09.860 Affarijiet żgħar. 00:15:09.860 --> 00:15:10.930 (Daħka ġenerali) 00:15:10.930 --> 00:15:12.880 Kieku kelli nkompli nieżel, 00:15:12.880 --> 00:15:17.720 nasal sat-tubi Fallopjani tiegħi. (Bl-Olandiż) Tubi Fallopjani! 00:15:17.720 --> 00:15:20.980 L-irġiel tistgħu issaqsu lil martkom wara dwar dawk... 00:15:22.160 --> 00:15:23.900 In-nies jistaqsuni, jgħiduli, 00:15:23.900 --> 00:15:26.740 "Għandek ħafna kuraġġ biex tirriskja ħajtek, 00:15:26.740 --> 00:15:28.800 biex timbotta qalbek, u tibla' xabla..." 00:15:28.800 --> 00:15:30.500 Le. Għandu bżonn kuraġġ 00:15:30.500 --> 00:15:33.020 dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 00:15:33.080 --> 00:15:35.620 biex jirriskja l-falliment u li ma jkunx aċċettat, 00:15:35.620 --> 00:15:37.040 biex jiftaħ qalbu beraħ 00:15:37.040 --> 00:15:38.240 u jneħħi l-kburija 00:15:38.240 --> 00:15:41.060 u jitla' hawn quddiem ħafna barranin 00:15:41.060 --> 00:15:43.670 u jgħidilkom l-istorja tiegħu dwar il-biżgħat u l-ħolm 00:15:43.680 --> 00:15:47.580 u jqerr kollox magħkom. 00:15:48.280 --> 00:15:49.450 Qed taraw - grazzi. 00:15:49.450 --> 00:15:53.720 (Ċapċipa) 00:15:53.850 --> 00:15:56.250 Qed taraw, l-ħaġa hija 00:15:56.250 --> 00:15:58.650 li dejjem ridt nagħmel xi ħaġa kbira f'ħajti u 00:15:58.650 --> 00:15:59.780 issa rnexxieli. 00:15:59.780 --> 00:16:02.880 Iżda l-iktar ħaġa mpressjonanti mhux li issa kapaċi nibla' 00:16:02.880 --> 00:16:05.170 21 xabla f'daqqa, 00:16:07.640 --> 00:16:10.500 jew 20 pied taħt l-ilma f'tank ma' 88 kelb u ħamiem -il baħar 00:16:10.500 --> 00:16:12.307 għal Believe It or Not ta' Ripley 00:16:13.840 --> 00:16:17.600 jew imsaħħna sa' 1500 grad għal Superhumans ta' Stan Lee 00:16:17.610 --> 00:16:19.470 bħala "Man of Steel" 00:16:19.520 --> 00:16:21.574 u vera kienet taħraq! 00:16:22.460 --> 00:16:24.920 Jew li niġbed karozza b'xabla għal Ripley 00:16:24.930 --> 00:16:26.290 jew Guiness, 00:16:26.290 --> 00:16:28.760 jew li nasal sal-finali ta' America's Got Talent, 00:16:28.820 --> 00:16:31.540 jew li nirbaħ il-Premju Ig Nobel fil-Mediċina tal-2007. 00:16:31.550 --> 00:16:33.900 Le, dak mhux impressjonanti. 00:16:33.900 --> 00:16:36.350 Dak x'jaħsbu n-nies. Imma le, le, le. Mhux dik. 00:16:36.350 --> 00:16:37.800 Il-ħaġa mpressjonanti hija 00:16:37.800 --> 00:16:40.660 li Alla ħa lil dak it-tfajjel imbeżża' mistħi, niexef u bla 00:16:40.660 --> 00:16:42.200 sinsla, li kien jibża' mill-għoli 00:16:42.200 --> 00:16:43.890 mill-ilma u l- klieb -il baħar 00:16:43.890 --> 00:16:46.370 mit-tobba, mill-infermiera l-labar u l-ħġejjeġ li 00:16:46.370 --> 00:16:47.640 jaqtgħu li jkellem lin-nies 00:16:47.640 --> 00:16:49.800 u ħallieni ndur id-dinja 00:16:49.800 --> 00:16:51.320 f'għoli ta' 30,000 pied 00:16:51.320 --> 00:16:53.900 nibla' l-ħġejjeġ li jaqtgħu taħt l-ilma f'tankijiet 00:16:53.900 --> 00:16:57.430 mimlija klieb -il baħar, nitkellem mat- tobba u l-infermiera u nies bħalkom 00:16:57.430 --> 00:16:59.580 madwar id-dinja. Dik impressjonanti għalija. 00:16:59.580 --> 00:17:01.450 Dejjem ridt nagħmel l-impossibli - 00:17:01.450 --> 00:17:02.380 Grazzi. 00:17:02.380 --> 00:17:03.760 (Ċapċipa) 00:17:03.760 --> 00:17:05.220 Grazzi. 00:17:05.660 --> 00:17:09.040 (Ċapċipa) 00:17:09.700 --> 00:17:12.569 Dejjem ridt nagħmel l-impossibbli u issa hekk qed nagħmel. 00:17:12.569 --> 00:17:15.858 Ridt nagħmel xi ħaġa impressonanti b' ħajti u nibdel id-dinja, 00:17:15.858 --> 00:17:16.898 u hekk qed nagħmel. 00:17:16.898 --> 00:17:19.819 Dejjem ridt indur id-dinja, nagħmel affarijiet super-umani 00:17:19.819 --> 00:17:21.378 u nsalva l-ħajjiet, u issa qed 00:17:21.378 --> 00:17:22.720 nagħmel hekk. U tafu xiex? 00:17:22.720 --> 00:17:25.569 Għad fadal parti żgħira mill- ħolma ta' dak it-tfajjel 00:17:25.569 --> 00:17:27.290 ġewwa fija. 00:17:30.320 --> 00:17:36.197 (Daħka ġenerali)(Ċapċipa) 00:17:37.000 --> 00:17:40.240 Dejjem fittixt li nsib l-iskop ta' ħajti 00:17:40.270 --> 00:17:41.530 u issa sibtu. 00:17:41.540 --> 00:17:42.920 Imma tafu xiex? 00:17:42.920 --> 00:17:46.230 Mhux bix-xwabel, mhux li qed taħsbu, mhux bil-kapaċitajiet tiegħi. 00:17:46.230 --> 00:17:48.510 Iżda bid-djufija tiegħi, bi kliemi. 00:17:48.510 --> 00:17:51.090 L-iskop ta' ħajti huwa li nibdel id-dinjda 00:17:51.090 --> 00:17:52.390 billi nirbaħ lill-biża', 00:17:52.390 --> 00:17:54.910 xabla, xabla, kelma, kelma 00:17:55.070 --> 00:17:57.450 sikkina, sikkina, ħajja, ħajja, 00:17:57.540 --> 00:17:59.700 biex nispira lin-nies ikunu super-eroj 00:17:59.700 --> 00:18:01.860 u jagħmlu l-impossibbli f'ħajjithom. 00:18:02.060 --> 00:18:04.680 L-iskop tiegħi huwa li ngħin lill-oħrajn isibu l-iskop. 00:18:04.680 --> 00:18:05.680 X'inhu tiegħek? 00:18:05.680 --> 00:18:06.960 X'inhu l-iskop tiegħek? 00:18:06.960 --> 00:18:08.960 Għalfejn ġejt fid-dinja? 00:18:09.260 --> 00:18:11.590 Nemmen li kollha kemm aħna super-eroj. 00:18:12.160 --> 00:18:14.260 X'inhi s-super kapaċità tiegħek? 00:18:14.560 --> 00:18:17.990 F'dinja ta' iktar minn 7 biljun persuna, 00:18:17.990 --> 00:18:20.250 fadal inqas minn 50 belliegħa tax-xwabel 00:18:20.250 --> 00:18:21.661 madwar id-dinja, 00:18:21.661 --> 00:18:22.940 iżda hemm wieħed biss minnek. 00:18:22.940 --> 00:18:24.070 Inti uniku/a 00:18:24.070 --> 00:18:25.540 X'inhi l-istorja tiegħek? 00:18:25.540 --> 00:18:27.760 X'jagħmlek differenti? 00:18:27.760 --> 00:18:29.180 Irrakkonta l-istorja tiegħek, 00:18:29.180 --> 00:18:31.721 anke jekk leħnek irqiq u jitriegħed. 00:18:31.900 --> 00:18:33.340 X'inhuma t-thromes tiegħek? 00:18:33.340 --> 00:18:35.850 Jekk tista' tagħmel li trid? tkun min trid, tmur fejn trid - 00:18:35.850 --> 00:18:37.430 X'tagħmel? Fejn tmur? 00:18:37.430 --> 00:18:38.480 X'tagħmel? 00:18:38.480 --> 00:18:40.340 Xi trid tagħmel b'ħajtek? 00:18:40.340 --> 00:18:41.760 X'inhu l-ħolm tiegħek? 00:18:41.760 --> 00:18:44.450 X'kont toħlom bħala tfajjel? Ftakar. 00:18:44.450 --> 00:18:46.240 Imħatra li mhux dil-ħajja, eh? 00:18:46.483 --> 00:18:47.880 X'kien l-ikbar ħolm tiegħek? 00:18:47.880 --> 00:18:50.450 li kien tant stramb u mhux ċar? 00:18:50.450 --> 00:18:54.040 Imħatra li dan kollu qed jurik li dak il-ħolm mhux tant stramb wara kollox? 00:18:55.370 --> 00:18:57.050 X'inhi x-xabla tiegħek? 00:18:57.050 --> 00:18:58.650 Kull wieħed minnkom għandu xabla, 00:18:58.650 --> 00:19:00.600 taqta' minn żewġ naħat - biża' u ħolm. 00:19:00.600 --> 00:19:03.520 Ibla' x-xabla tiegħek, hi x'inhi. 00:19:03.890 --> 00:19:05.870 Għixu l-ħolm tagħkom, sinjuri 00:19:05.870 --> 00:19:08.900 qatt m'hu tard wisq biex tkunu min tridu tkunu. 00:19:09.720 --> 00:19:12.920 Lil dawk il-bullies bil-blalen tad-dodgeball li ħasbu 00:19:12.920 --> 00:19:14.916 li qatt ma kont ser nagħmel l-impossibbli, 00:19:15.060 --> 00:19:17.645 nixtieq ngħidilhom ħaġa waħda: 00:19:17.645 --> 00:19:18.841 Grazzi. 00:19:18.940 --> 00:19:22.220 Għax kieku ma kienx għall-kattivi, ma jkollniex super-eroj. 00:19:23.020 --> 00:19:27.237 Qiegħed hawn biex nuri li l-impossibbli mhux impossibbli. 00:19:28.300 --> 00:19:32.310 Din perikoluża ħafna, taf toqtolni. 00:19:32.340 --> 00:19:33.720 Nispera li togħġobkom. 00:19:33.720 --> 00:19:35.260 (Daħka) 00:19:36.350 --> 00:19:38.700 Se neħtieġ l-għajnuna tagħkom għal din. 00:19:46.731 --> 00:19:48.405 Udjenza: Tnejn, tlieta. 00:19:48.405 --> 00:19:52.100 Dan Meyer: Le, le, le. Neħtieġ l-għajnuna biex ngħodd, kulħadd, ok? 00:19:52.100 --> 00:19:53.210 (Daħka) 00:19:53.210 --> 00:19:55.840 Jekk tafu l-kliem? Ok? Għoddu miegħi. Lesti? 00:19:55.870 --> 00:19:56.964 Wieħed. 00:19:56.964 --> 00:19:58.150 Tnejn. 00:19:58.170 --> 00:19:58.980 Tlieta. 00:19:58.980 --> 00:20:00.920 Le, dak 2, imma fhimtu. 00:20:06.760 --> 00:20:07.780 Udjenza: Wieħed. 00:20:07.840 --> 00:20:08.750 Tnejn. 00:20:08.800 --> 00:20:10.010 Tlieta. 00:20:11.260 --> 00:20:13.280 (Stagħġib) 00:20:14.360 --> 00:20:15.940 (Ċapċipa) 00:20:16.251 --> 00:20:17.450 DM: Yeah! 00:20:17.450 --> 00:20:23.100 (Ċapċipa)(Ferħ) 00:20:23.100 --> 00:20:24.820 Grazzi ħafna. 00:20:25.450 --> 00:20:28.800 Grazzi , grazzi , grazzi . Grazzi minn qiegħ qalbi. 00:20:28.800 --> 00:20:31.290 Jew le, grazzi minn qiegħ l-istonku tiegħi. 00:20:31.880 --> 00:20:35.020 Għedtilkom li ġejt hawn biex nagħmel l-impossibbli u hekk għamilt. 00:20:35.030 --> 00:20:37.730 Imma dan ma kienx impossibbli. Nagħmel hekk kuljum. 00:20:37.800 --> 00:20:42.800 L-impossibbli kien għal dak it-tfajjel imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla 00:20:42.840 --> 00:20:44.600 jaffaċja l-biża' u jitla' fuq palk, 00:20:44.600 --> 00:20:47.100 u li jibdel id-dinja, kelma kelma, 00:20:47.100 --> 00:20:49.080 xabla, xabla, ħajja, ħajja. 00:20:49.080 --> 00:20:52.060 Jekk għentkom taħsbu b'modi ġodda, jekk għentkom temmnu 00:20:52.060 --> 00:20:54.460 li l-impossibbli mhux impossibli, 00:20:54.460 --> 00:20:57.960 jekk għentkom tifhmu li tistgħu tagħmlu l-impossibbli f'ħajjitkom, 00:20:58.120 --> 00:21:01.020 allura xogħoli hawn lest, u għalikom għadu jibda. 00:21:01.020 --> 00:21:04.100 Qatt tieqfu toħolmu. Qatt tieqfu temmnu. 00:21:04.820 --> 00:21:06.350 Grazzi talli emmintu fija 00:21:06.350 --> 00:21:08.250 u grazzi talli kontu parti minn ħolmti. 00:21:08.250 --> 00:21:09.550 U dan huwa r-rigal tiegħi: 00:21:09.550 --> 00:21:11.486 L-impossibbli mhux... 00:21:11.486 --> 00:21:12.920 Udjenza: Impossibbli. 00:21:12.920 --> 00:21:14.920 Il-mixja twila parti mir-rigal. 00:21:15.100 --> 00:21:19.560 (Ċapċipa) 00:21:19.560 --> 00:21:21.020 Grazzi. 00:21:21.060 --> 00:21:25.360 (Ċapċipa) 00:21:25.580 --> 00:21:27.560 (Ferħ) 00:21:27.780 --> 00:21:30.240 Preżentatur: Grazzi, Dan Meyer, wow!