Grazzi.
Darba kien hemm re fl-Indja, Maharaja,
u għal għeluq sninu, ħareġ digriet
li l-kapijiet tal-ibliet kollha kellhom
iġibulu rigal ta' re.
Uħud minnhom ġabulu ħarir fin,
oħrajn xwabel sbieħ,
uħud ġabulu xi deheb.
Fl-aħħar miss lil raġel żgħir,
xiħ u mkemmex
li biex wasal mir-raħal tiegħu
għadda ħafna jiem ibaħħar.
Hekk kif beda joqrob, iben ir-re staqsieh,
"X'rigal ġibtlu lir-Re?"
U x-xiħ fetaħ idu bilmod u wrieħ
arzella mill-isbaħ, b'tidwiriet ta'
vjola u isfar, aħmar u blu.
U iben ir-Re qal,
"Dan mhux rigal denju għar-Re!
X'rigal hu dak?"
Ix-xiħ għolla ħarstu bilmod
lejh u qal,
"Mixja twila...parti mir-rigal."
(Daħka ġenerali)
Dalwaqt,
ser intikom rigal,
rigal li nemmen għandkom
ixxerdu mal-oħrajn.
Imma qabel nagħtikom ir-rigal,
ejjew miegħi fuq mixja twila.
Bħal ħafna minnkom,
bdejt ħajti bħala tifel żgħir.
Kemm minnkom bdew ħajjithom
bħala tfal żgħar?
Twelidtu żgħar?
Ok...nofskom twelidtu hekk...
(Daħka ġenerali)
U l-bqija? X'ġara?
Twelidtu diġà kbar?
Nixtieq niltaqa' m'ommkom!
Kont naħseb li mpossibli!
Bħala tifel żgħir, dejjem kelli dik
il-kilba biex nagħmel l-impossibli.
Illum jum li ili nistennih ħafna snin,
għax illum ser
nipprova nagħmel
dak li għalija mpossibli,
hawn, quddiem għajnejkom,
hawn f'TEDxMaastricht.
Ser nibda billi
ngħidilkom kif se nagħlaq:
U ser nurikom kif
l-impossibbli mhux impossibbli.
U se ntemm kollox billi ntikom
rigal biex taqsmuh mal-oħrajn:
Ser nurikom li tistgħu twettqu
l-impossibbli f'ħajjitkom.
Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq
l-impossibbli, sibt li
hemm żewġ affarijiet komuni
għal kulħadd madwar id-dinja.
Kulħadd jibża',
u kulħadd joħlom.
Tul il-mixja tiegħi biex inwettaq
l-impossibbli, sibt li
għamilt tlett affarijiet
tul is-snin
li ġiegħluni nagħmel l-impossibbli:
Dodgeball, jew kif issejħulu "Trefbal",
Superman,
u nemusa.
Tlett kelmiet ċentrali.
Issa tafu għalfejn inwettaq
l-impossibbli f'ħajti.
Ser nurikom il-mixja tiegħi,
mixja twila
mill-biża' għall-ħolm,
mill-kliem għax-xwabel,
mid-Dodgeball
sa' Superman
sa' nemusa.
U nispera li nurikom
kif tistgħu twettqu l-impossibbli
f'ħajjitkom.
L-4 t'Ottubru 2007.
Qalbi kienet qed tħabbat mija mija,
irkuptejja jirtogħdu hekk
kif tlajt fuq il-palk tat-teatru
Sanders fl-Università ta'
Harvard biex
naċċetta l-premju Ig Nobel fil-Mediċina
tal-2007
għal riċerka li ħdimt fuqha
ma' ħaddieħor
jisimha "Sword Swallowing...
... and its Side Effects".
(Daħka ġenerali)
Ġiet pubblikata f'rivista
ċkejkna li qatt ma kont qrajt qabel.
il-British Medical Journal.
U għalija, dik kienet ħolma impossibbli
li saret realtà,
kienet sorpriża mhux mistennija
għal xi ħadd bħali,
kien unur li qatt mhu ser ninsa.
Imma ma kinetx l-iktar parti
memorabbli ta' ħajti.
Fl-4 t'Ottubru 1967,
dat-tifel imbeżża, mistħi, niexef u
bla sinsla
kien mimli biżgħat.
Kif kien qed jipprepara biex
jitla' fuq palk,
qalbu kienet tħabbat mija mija,
irkuptejh jirtogħodu.
Prova jiftaħ ħalqu biex jitkellem,
imma l-kliem ma setgħux joħorġu.
Baqa' hemm jitriegħed, jibki.
Weħel bil-biża' paniku li qabdu,
ffriża bil-biża'.
Dat-tifel imbeżża', mistħi, niexef u
bla sinsla
kien ibagħati minn ħafna biżgħat.
Kien jibża' mid-dlam,
mill-għoli,
mill-brimb u mis-sriep...
Hawn min minnkom jibża' mill-brimb
u s-sriep?
Iva, hawn ftit minnkom...
Kien jibża' mill-ilma u
mill-klieb -il baħar
Biża' mit-tobba, l-infermiera
u d-dentist,
mil-labar, mit-trapani u
mill-ħġejjeġ li jaqtgħu.
Imma kellu biża' ikbar
milli minn dawn - biża'
minn nies.
Dak it-tifel imbeżża', mistħi, niexef
u bla sinsla
kien jien.
Kelli biża' mill-falliment u
li ma nkunx aċċettat,
stima baxxa tiegħi innifsi,
kumpless ta' inferjorità u xi ħaġa li dak
iż-żmien lanqas konna sibna-
problema ta' ansjetà soċjali.
Billi kont imbeżża, il-bullies
kienu jinkuni u jsawwtuni.
Kienu jiddieħku bija u jgħajjruni,
ma kinux iħalluni nilgħab
magħhom.
Ah, kien hemm logħba li kienu
jħalluni nilgħab...
Dodgeball -
u ma kontx naf nevità l-ballun.
Il-bullies kienu jsejjħu ismi,
u jien kont inħares u nara
ballun aħmar stramb
ġej għal wiċċi b'veloċità
supersonika
bam, bam, bam!
U niftakar f'ħafna jiem,
miexi lura d-dar mill-iskola
wiċċi kien aħmar u jniggeż,
widnejja kienu ħomor u jsaffru.
Għajnejja ħomor bid-dmugħ,
u kliemhom jidwi f'widnejja.
Darba xi ħadd qal,
"Sticks and stones can break my bones,
but words will never hurt me"...
Hija gidba.
Il-kliem jista' jaqta' bħal
sikkina.
Il-kliem jistgħu jinfdu bħal xabla.
Il-kliem jista' jagħmel feriti tant
fondi li ma jidhrux.
Allura kelli ħafna biża'.
U l-kliem kienu l-ikbar għadu tiegħi.
Għadhom sal-lum.
Imma kelli wkoll il-ħolm.
Kont immur id-dar
u ninħeba fil-komiks ta' Superman
u kont naqra l-komiks ta' Superman
u kont noħlom li nkun super-eroj
bħal Superman.
Ridt niġġieled għall-verità u l-
ġustizzja,
ridt niġġieled kontra l-kattivi
u l-kriptonite,
ridt intir madwar id-dinja, inwettaq
atti super-umani u nsalva l-ħajjiet.
Kont affaxxinat ukoll bl-affarijiet
li kienu veri.
Kont qrajt il-Gusiness Book of World
Records u Believe it or Not ta' Ripley.
Hawn min minnkom qara l-Gusiness Book
of World Records jew ta' Ripley?
Dawk kotba li nħobb!
Rajt nies ta' vera jagħmlu
affarijiet ta' vera.
U għedt, irrid nagħmel
bħalhom.
Jekk il-bullies ma jħallunix
nilgħab fl-isports tagħhom,
irrid nagħmel il-maġija,
ħġejjeġ impressjonanti.
Irrid nagħmel xi ħaġa kbira li
dawk il-bullies ma jistgħux jagħmlu.
Irrid insib dak li jien
magħmul għalih,
irrid inkun naf li ħajti
tfisser xi ħaġa,
irrid nagħmel xi ħaġa ma titwemminx
li tibdel id-dinja;
irrid nuri li l-impossibbli
mhux impossibbli.
Naqżbu għal 10 snin wara -
Kienet il-ġimgħa qabel nagħlaq
21 sena.
Seħħew ġiex affarijiet f'jum wieħed
li kellhom jibdluli ħajti għal dejjem.
Kont qed ngħix Tamil Nadu,
fin-nofsinhar tal-Indja
Kont missjunarju hemm,
u l-parrinu (mentor), il-ħabib tiegħi
staqsa
"Daniel, għandek Thromes?"
U jien għedt, "Thromes?
X'inhuma Thromes?"
Qalli, "Thromes huma objettivi
ċentrali għal ħajtek.
Huma il-ħolm u l-objettivi,
bħal per eżempju jekk tista'
tagħmel dak li trid,
tmur fejn trid
tkun min trid,
fejn tmur?
X'tagħmel?
Min tkun?
Weġibtu "Ma nistax nagħmel hekk!
Nibża' wisq! Għandi ħafna biżgħat!"
Dak il-lejl ħadt il-lizar tar-ross tiegħi
fuq il-bejt tal-bungalow,
ferrixtu taħt l-istilel,
u qgħadt nara l-friefet il-lejl
jgħoddsu għan-nemus.
U ma stajt naħseb fuq xejn ħlief thromes,
ħolm u objettivi,
u l-bullies bil-blalen tad-dodgeball.
Stenbaħt ftit sigħat wara.
Qalbi kienet tħabbat mija mija,
irkuptejja kienu jirtogħdu.
Did-darba ma kinetx il-biża'.
Ġismi kien qed jintilef.
U għall-ħamest ijiem ta' wara
kont qed niġi f' u nitlef sensija,
fuq is-sodda tal-mewt niġġieled għal-ħajti
Moħħi kien qed jinxtewa
b'105 deni tal-malarja.
U meta niġi f'sensija kont qed naħseb
biss fuq it-thromes.
Ħsibt,
"X'irrid nagħmel b'ħajti?"
Fl-aħħar, fil-lejl ta' qabel għalaqt
21 sena,
f'ħin fejn kont ċar,
fhimt:
Indunajt li dik in-nemusa żgħira,
Anopheles Stephensi,
dik in-nemusa żgħira
li tiżen inqas minn
5 mikro grammi
inqas minn farka melħ,
jekk dik in-nemusa setgħet toqtol
raġel ta' 80 kilo,
indunajt li dik kienet
il-kriptonite tiegħi.
Imbgħad fhimt,
le, le, mhux in-nemusa
Dik kienet il-parassita fin-nemusa
Plasmodium Falciparum,
li toqtol iktar minn miljun fis-sena.
Imbgħad fhimt
Le le, iżgħar minn hekk,
imma għalija, dehret ħafna ikbar.
Fhimt,
il-biża' kienet il-kriptonite
tiegħi
il-parassita tiegħi,
li żammitni lura u pparalizzatni
tul ħajti kollha.
Kif tafu, hemm differenza
bejn il-periklu u l-biża'.
Il-periklu jeżisti.
Il-biża' hija għażla.
U fhimt li kelli għażla:
Stajt ngħix fil-biża', u mmut fallut
dak il-lejl
jew stajt noqtol il-biża',
u stajt
infittex li ngħix il-ħolm tiegħi,
nieħu ċans ngħix il-ħajja.
U kif tafu, meta tkun fuq is-sodda
tal-mewt tiffaċja l-mewt,
hemm tkun verament trid tgħix il-ħajja.
Fhimt li kulħadd imut,
imma mhux kulħadd jgħix.
Ngħixu għax immutu.
Meta titgħallem tmut,
titgħallem verament tgħix.
Dak il-lejl iddeċidejt li kont ser
nibdel l-istorja tiegħi.
Ma ridtx immut.
Għalhekk għedt talba żgħira. Għedt
"O Alla, jekk tħallini ngħix
sakemm nagħlaq 21,
daqshekk ħallejt lill-
biża' tikkmandali ħajti.
Ser noqtol il-biżgħat tiegħi,
ser ngħix il-ħolm tiegħi,
ser nibdel l-attitudni tiegħi,
irrid nagħmel xi ħaġa kbira b'ħajti,
irrid insib l-iskop tiegħi,
irrid insir naf li l-impossibbli mhux
impossibbli."
Mhux se ngħidlkom jekk għextx jew le
wara dak il-lejl. Pruvaw aqtgħu.
(Daħka ġenerali)
Imma dak il-lejl għamilt lista
tal-ewwel 10 Thromes tiegħi:
Iddeċidejt li ridt inżur il-
kontinenti prinċipali
inżur is-Seba' Meravilji
tad-Dinja
nitgħallem skoss ilsna,
ngħix fuq gżira waħdi,
ngħix fuq vapur fl-oċejan,
ngħix ma' tribù Indjani fl-
Amazonja,
nitla' l-itwal muntajnja fl-
Iżvezja,
ridt nara tlugħ ix-xemx mill-
Everest
ridt naħdem fil-mużika
f'Nashville,
ridt naħdem f'ċirku,
ridt naqbeż minn ajruplan.
Fl-20 sena li ġew wara, irnexxieli
nagħmel ħafna minn dawk it-Thromes
Kull darba li naqta' throme mil-lista
kont inżid 5 jew 10 oħra mal-lista
u l-lista tiegħi baqgħet tikber.
Għas-seba' snin ta' wara, għext fuq
gżira żgħira fil-Bahamas
għal madwar seba' snin
f'għarix,
naqbad il-klieb u l-ħamiem -il baħar
biex niekol, waħdi fuq il-gżira
liebes dublett taċ-ċaruta,
u tgħallimt ngħum mal-klieb -il baħar.
Minn hemm, mort il-Messiku,
imbgħad mort fil-baċin tax-xmara Amazonja
fl-Ekwador,
Pujo Pongo Ekwador,
għext ma' tribù hemm,
u biċċa biċċa bdejt nikseb
il-kunfidenza grazzi għat-thromes:
Bdejt naħdem fil-mużika f'
Nashville, imbgħad l-Iżvezja,
mort Stokkolma,
hemm ħdimt fil-mużika,
u tlajt il-quċċata tal-muntajna Kebnekaise
fuq iċ-Ċirku Artiku.
Tgħallimt nagħmilha ta' buffu,
il-juggling,
kif nimxi fuq il-pilastri,
kif nirkeb rota waħda,
niekol in-nar u niekol il-ħġieġ.
Fl-1997 smajt li kien fadal inqas minn
12-il belliegħ tax-xwabel
u għedt,
"Irrid inkun bħalhom!"
Iltqajt ma' belliegħ tax-xwabel,
u tlabtu jgħinni.
Qalli, "Iva ntik 2 suġġerimenti:
L-ewwel: Perikoluża ħafna,
mietu n-nies jagħmluha.
It-tieni:
Tippruvahiex!"
(Daħka ġenerali)
Għalhekk żidtha mal-lista
tat-thromes.
U pprattikajt
10 sa 12-il darba kuljum, kull jum
għal 4 snin.
U issa ħdimtha...
4 x 365 [x12]
Madwar 13,000 prova
li ma rnexxietx
qabel irnexxieli nniżżel xabla
f'gerżumti fl-2001.
Fl-istess żmien niżżilt throme
li kelli nsir l-ikbar espert fid-dinja
tal-bliegħ tax-xwabel.
Allura fittixt għal ktieb,
magażin, artikli tal-gazzetti,
kull rapport mediku,
studjajt il-fiżjoloġija, l-anatomija
tkellimt ma' tobba u nfermiera,
laqqajt il-belliegħa tax-xwabel kollha,
ħloqna Sword Swallowers
Association International
u għamilna riċerka medika
ta' sentejn dwar il-
Bliegħ tax-xwabel u
l-effetti mhux mixtieqa
li ġiet ippubblikata fil-
British Medical Journal.
(Daħka ġenerali)
Grazzi.
(Ċapċipa)
U tgħallimt xi affarijiet affaxxinanti
dwar il-bliegħ tax-xwabel.
Affarijiet li qatt ma ħsibtu fihom qabel
imma wara llejla tibqgħu tiftakruhom.
Id-darba li jmiss li tkunu d-dar u taqtgħu
biċċa laħam bis-sikkina
jew xabla, jew il-"bestek" tagħkom,
se taħsbu f'din...
Tgħallimt li l-bliegħ tax-xwabel
beda l-Indja -
hemm fejn rajtu jsir l-ewwel darba
meta kelli 20 sena -
madwar 4000 sena ilu, madwar 2000 Q.K.
Fl-aħħar 150 sena, il-belliegħa tax-xwabel
intużaw
fil-kampijiet tax-xjenza u l-mediċina
biex jiżviluppaw l-endoskopu dritt
fl-1868
ta' Dr. Adolf Kussmaul
fi Freibug il-Ġermanja.
Fl-1906, l-elektrokardjogramma f'Wales,
biex jistudja il-problemi tal-bliegħ
u d-diġestjoni,
bronkoskopi u dat-tip
ta' ħġejjeġ.
Imma fl-aħħar 150 sena,
nafu b'mijiet ta' korrimenti u numru
ta' mwiet...
Minn naħa għandek l-endoskopu dritt ta'
Dr. Adolf Kussmaul.
Imma sibna li kien hemm 29 mewt
fl-aħħar 150 sena
inkluża dik ta' belliegħ tax-xwabel
minn Londra li nifed qalbu bix-xabla.
Sibna wkoll li jkun hemm bejn 3 u 8
korrimenti serji kull sena minħabba
l-bliegħ tax-xwabel.
Naf għax iċempluli.
Kelli biss 2,
waħda mill-Iżvezja u waħda minn Orlando,
fil-ġimgħat li għaddew,
belliegħa tax-xwabel li jinsabu l-isptar
għax weġġgħu.
Hija perikoluża ħafna.
Il-ħaġa l-oħra li tgħallimt hija li
għal ħafna nies,
biex jitgħallmu jibilgħu ix-xwabel,
idumu bejn
sentejn u għaxar snin.
Iżda l-iktar skoperta affaxxinanti
għalija kienet
kif il-belliegħa tax-xwabel jitgħallmu
jagħmlu l-impossibbli.
U ser ngħidilkom sigriet żgħir:
Taħsbux fuq id-99.9% li
huwa mpossibbli.
Iffukaw fuq dak il-.1% li huwa possibli
u araw kif ser twettquh.
Issa ħalluni ndaħħalkom f'moħħ
il-belliegħ tax-xwabel.
Biex tibla' xabla, teħtieġ
il-meditazzjoni tal-moħħ fuq il-ġisem,
konċentrazzjoni estrema,
u eżattezza biex tifhem l-organi
ġewwiena tal-ġisem u tirbaħ
kontra r-riflessi awtomatiċi tal-ġisem
b'sinopsi tal-moħħ imtejjba,
b'memorja muskolari
u bi prattika ta' iktar minn
10,000 darba.
Issa ħalluni noħodkom mixja fil-ġisem
ta' belliegħ tax-xwabel.
Biex tibla' xabla,
jeħtieġli nżerżaq ix-xafra fuq ilsieni,
inwaqqaf ir-rifless
fl-esofagu ċervikali,
indawwar dawra ta' 90 grad
fl-epiglottite,
ngħaddi mill-isfintere tal-esofagu
cricofarinġju ta' fuq,
inwaqqaf ir-rifless peristalsiku
inżerżaq ix-xafra fil-fetħa ta' sidri
bejn il-pulmun.
Hawnhekk,
irrid nimbotta qalbi lejn il-ġenb.
Jekk tħarsu bir-reqqa,
taraw it-taħbit ta' qalbi max-xabla
għax qed tmiss mal-qalb u mifruda biss
b'wieħed minn tmienja
ta' pulzier ta' tessut tal-esofagu.
Din mhux xi ħaġa li tista'
tirreċtaha.
Imbgħad irrid ngħaddiha bejn
l-għadma tas-sider,
mill-isfintere tal-esofagu
cricofarinġju t'isfel sal-istonku
inwaqqaf ir-rifless tal-istonku u
nwassalha sad-duodenum.
Affarijiet żgħar.
(Daħka ġenerali)
Kieku kelli nkompli nieżel,
nasal sat-tubi Fallopjani tiegħi.
(Bl-Olandiż) Tubi Fallopjani!
L-irġiel tistgħu issaqsu lil
martkom wara dwar dawk...
In-nies jistaqsuni, jgħiduli,
"Għandek ħafna kuraġġ biex
tirriskja ħajtek,
biex timbotta qalbek,
u tibla' xabla..."
Le. Għandu bżonn kuraġġ
dak it-tifel imbeżża', mistħi,
niexef u bla sinsla
biex jirriskja l-falliment
u li ma jkunx aċċettat,
biex jiftaħ qalbu beraħ
u jneħħi l-kburija
u jitla' hawn quddiem
ħafna barranin
u jgħidilkom l-istorja tiegħu
dwar il-biżgħat u l-ħolm
u jqerr kollox magħkom.
Qed taraw - grazzi.
(Ċapċipa)
Qed taraw, l-ħaġa hija
li dejjem ridt nagħmel xi ħaġa kbira
f'ħajti u
issa rnexxieli.
Iżda l-iktar ħaġa mpressjonanti mhux
li issa kapaċi nibla'
21 xabla f'daqqa,
jew 20 pied taħt l-ilma f'tank
ma' 88 kelb u ħamiem -il baħar
għal Believe It or Not ta' Ripley
jew imsaħħna sa' 1500 grad għal
Superhumans ta' Stan Lee
bħala "Man of Steel"
u vera kienet taħraq!
Jew li niġbed karozza b'xabla għal
Ripley
jew Guiness,
jew li nasal sal-finali ta'
America's Got Talent,
jew li nirbaħ il-Premju Ig Nobel
fil-Mediċina tal-2007.
Le, dak mhux impressjonanti.
Dak x'jaħsbu n-nies.
Imma le, le, le. Mhux dik.
Il-ħaġa mpressjonanti hija
li Alla ħa lil dak it-tfajjel imbeżża'
mistħi, niexef u bla
sinsla, li kien jibża'
mill-għoli
mill-ilma u l-
klieb -il baħar
mit-tobba, mill-infermiera
l-labar u l-ħġejjeġ li
jaqtgħu
li jkellem lin-nies
u ħallieni ndur id-dinja
f'għoli ta' 30,000 pied
nibla' l-ħġejjeġ li jaqtgħu taħt l-ilma
f'tankijiet
mimlija klieb -il baħar, nitkellem mat-
tobba u l-infermiera u nies bħalkom
madwar id-dinja.
Dik impressjonanti għalija.
Dejjem ridt nagħmel l-impossibli -
Grazzi.
(Ċapċipa)
Grazzi.
(Ċapċipa)
Dejjem ridt nagħmel l-impossibbli u issa
hekk qed nagħmel.
Ridt nagħmel xi ħaġa impressonanti b'
ħajti u nibdel id-dinja,
u hekk qed nagħmel.
Dejjem ridt indur id-dinja,
nagħmel affarijiet super-umani
u nsalva l-ħajjiet, u issa qed
nagħmel hekk.
U tafu xiex?
Għad fadal parti żgħira mill-
ħolma ta' dak it-tfajjel
ġewwa fija.
(Daħka ġenerali)(Ċapċipa)
Dejjem fittixt li nsib l-iskop ta' ħajti
u issa sibtu.
Imma tafu xiex?
Mhux bix-xwabel, mhux li qed taħsbu,
mhux bil-kapaċitajiet tiegħi.
Iżda bid-djufija tiegħi, bi kliemi.
L-iskop ta' ħajti huwa li nibdel id-dinjda
billi nirbaħ lill-biża',
xabla, xabla, kelma, kelma
sikkina, sikkina, ħajja, ħajja,
biex nispira lin-nies ikunu super-eroj
u jagħmlu l-impossibbli f'ħajjithom.
L-iskop tiegħi huwa li ngħin lill-oħrajn
isibu l-iskop.
X'inhu tiegħek?
X'inhu l-iskop tiegħek?
Għalfejn ġejt fid-dinja?
Nemmen li kollha kemm aħna
super-eroj.
X'inhi s-super kapaċità tiegħek?
F'dinja ta' iktar minn 7 biljun
persuna,
fadal inqas minn 50 belliegħa
tax-xwabel
madwar id-dinja,
iżda hemm wieħed biss minnek.
Inti uniku/a
X'inhi l-istorja tiegħek?
X'jagħmlek differenti?
Irrakkonta l-istorja tiegħek,
anke jekk leħnek irqiq u jitriegħed.
X'inhuma t-thromes tiegħek?
Jekk tista' tagħmel li trid?
tkun min trid, tmur fejn trid -
X'tagħmel?
Fejn tmur?
X'tagħmel?
Xi trid tagħmel b'ħajtek?
X'inhu l-ħolm tiegħek?
X'kont toħlom bħala tfajjel?
Ftakar.
Imħatra li mhux dil-ħajja, eh?
X'kien l-ikbar ħolm tiegħek?
li kien tant stramb u mhux ċar?
Imħatra li dan kollu qed jurik li dak
il-ħolm mhux tant stramb wara kollox?
X'inhi x-xabla tiegħek?
Kull wieħed minnkom
għandu xabla,
taqta' minn żewġ naħat -
biża' u ħolm.
Ibla' x-xabla tiegħek,
hi x'inhi.
Għixu l-ħolm tagħkom, sinjuri
qatt m'hu tard wisq biex
tkunu min tridu tkunu.
Lil dawk il-bullies bil-blalen
tad-dodgeball li ħasbu
li qatt ma kont ser nagħmel l-impossibbli,
nixtieq ngħidilhom ħaġa waħda:
Grazzi.
Għax kieku ma kienx għall-kattivi,
ma jkollniex super-eroj.
Qiegħed hawn biex nuri li l-impossibbli
mhux impossibbli.
Din perikoluża ħafna,
taf toqtolni.
Nispera li togħġobkom.
(Daħka)
Se neħtieġ l-għajnuna tagħkom għal din.
Udjenza: Tnejn, tlieta.
Dan Meyer: Le, le, le. Neħtieġ l-għajnuna
biex ngħodd, kulħadd, ok?
(Daħka)
Jekk tafu l-kliem? Ok?
Għoddu miegħi. Lesti?
Wieħed.
Tnejn.
Tlieta.
Le, dak 2, imma fhimtu.
Udjenza: Wieħed.
Tnejn.
Tlieta.
(Stagħġib)
(Ċapċipa)
DM: Yeah!
(Ċapċipa)(Ferħ)
Grazzi ħafna.
Grazzi , grazzi , grazzi .
Grazzi minn qiegħ qalbi.
Jew le, grazzi
minn qiegħ l-istonku tiegħi.
Għedtilkom li ġejt hawn biex nagħmel
l-impossibbli u hekk għamilt.
Imma dan ma kienx impossibbli.
Nagħmel hekk kuljum.
L-impossibbli kien għal dak it-tfajjel
imbeżża', mistħi, niexef u bla sinsla
jaffaċja l-biża' u jitla' fuq
palk,
u li jibdel id-dinja,
kelma kelma,
xabla, xabla, ħajja, ħajja.
Jekk għentkom taħsbu b'modi ġodda,
jekk għentkom temmnu
li l-impossibbli mhux impossibli,
jekk għentkom tifhmu li tistgħu
tagħmlu l-impossibbli f'ħajjitkom,
allura xogħoli hawn lest,
u għalikom għadu jibda.
Qatt tieqfu toħolmu. Qatt tieqfu temmnu.
Grazzi talli emmintu fija
u grazzi talli kontu parti minn
ħolmti.
U dan huwa r-rigal tiegħi:
L-impossibbli mhux...
Udjenza: Impossibbli.
Il-mixja twila parti mir-rigal.
(Ċapċipa)
Grazzi.
(Ċapċipa)
(Ferħ)
Preżentatur: Grazzi, Dan Meyer, wow!