Mela se nurikhom xi stampi,
minn riċerka pjaċevoli, mhux tas-soltu,
minn go "The Journal of Ultrasound in Medecine"
U hawn ha nissogra ngħid li dan hu l-izjed artiklu pjaċevoli
li qatt ġie ipubblikat f'"The Journal of Ultrasound in Medicine"
It-titlu hu "Observations of In-Utero Masturbation." - "Osservazzjoni ta` Masturbazzjoni fil-guf"
(Daħq)
Okay. Mela fuq ix-xellug tistaw taraw l-id. Dik il-vleġġa l-kbira.
U l-pene fuq il-lemin. Bl-id qeda il-fuq.
U fuq din in-naħa għandna
fil-kliem tar-radjoloġista Iżraeljan Meisner,
"L-id taqbad il-pene, f'movimenti assoċċjati mal-masturbazzjoni"
Żommu f'moħħkhom li dan "ultrasound".
Jiġifieri li dawn ikunu stampa tiċċallaq.
L-Orgażmu huwa prodott tas-sistema nervuż awtonomiku.
Din hija il-parti mis-sistema nervuża
li tieħu ħsieb dawk l-affarijiet li man nkunux konxji minnhom.
bħad-diġestjoni, ir-ritmu tal-qalb, u l-istimulu sesswali.
L-orgażmu jista jiġi stimulat
b'ħafna modi.
Stimulazzjoni ġenitali. Duh.
Imma fl-istess ħin Kinsey, kellu intervista ma mara,
li setgħet torgażma
billi xi ħadd jmellsila il-ħaġeb. eyebrow
Uħud bi ħsara fl-ispina,
bħal parapliġja u kwadrupliġja, fi kliem ieħor paraliżi
ħafna drabi jkollhom xi parti sensittiva ħafna ħafna
eżatt il-fuq minn fejn weġġgħu.
Tkun fejn tkun.
Hemm dokumentat orgażmu tal-irkoppa fil-kitba.
Naħseb l-iżjed każ kurjuż li qatt iltqajt miegħu
kien il-każ irappurtat taċ waħda mara
li kellha orgażmu kull darba li taħsel sniena.
(Iżjed daħq)
Din kellha x'taqsam,
mal-movimenti li tagħmel waqt il-ħasil ta` snien
li kien qed iġegħla torgażma
Imsomma, dil-mara marret għand in-neuroloġista li ħa nteress kbir f'dan il-każ.
Għal l-ewwel iċċekja jekk kienx mit-"toothpaste".
Imma le, tkun liema tkun id-ditta, ma tagħmilx differenza.
Stimulawla il-ħanek
b'toothpick, biex jaraw jekk jirnexxilhomx.
Le, xejn. Kien il-proċess kollu li kien qed jagħti dar-riżultat.
U l-biċċa stramba għalija hi,
li ovvjament se timmaġina li dil-mara se jkollha
iġene orali eċċelenti.
(Daħq)
Sfortunatament, skond il-ġurnal,
"Kienet temmen li kienet iposseduta mix-xjaten
u bdiet tuża mouthwash għal iġene orali"
Miskina.
(Daħq)
Meta kont qeda naħdem fuq il-ktieb, kelli intervista
ma mara, li bil-ħsieb biss, kien ikollha orgażmu.
Dil-mara kienet parti mill-istudju ta l-Universita taċ Rutgers.
Ma tistax ma toġgħbokx. Rutgers.
Mela kelli l-intervista magħha f'Oakland
f'ristorant li jservi sushi (ikel ġappuniż).
Staqsejta "Allura, jista jkollok orgażmu issa, hawnhekk?"
U rrispondiet "Iva, imma jekk ma jimpurtax nippreferi nkompli niekol"
(Daħq)
Wara l-ikla għamlitli dimostrazzjoni
fuq bank barra.
Kienet xi ħaga rimarkabbli. ħadet xi minuta biss.
U staqsejta,
"Allura tagħmel hekk il-ħin kollu?"
(Daħq)
Qaltli "Le. Onestament meta nasal id-dar, nkun għajjiena ħafna issoltu"
(Daħq)
Qaltli li l-aħħar darba li għamlita
kienet fuq tram f'Disneyland.
(Daħq)
Is-sors ewlieni ta` l-orgażmu, qiegħda man-nervituri tad-dahar
f'xi ħaġa msejħa is-"sacral nerve root". Li qeda hawn wara.
U jekk tistimula, b'electrode (xokk żgħir)
il-punt eżatt, se jkollok orgażmu.
Filfatt jista jkollok rispons ta` l-ispina
f'nies mejta.
Ċertu tip ta` mejtin imma, kadavri bil-qalb għada tħabbat.
Dan ikun xi ħadd li għandu moħħu mejjet, stat veġetali,
legalment mejjet, ikkonfermat mit-tobba,
imma miżmum ħaj fuq il-magni respiratorji,
ħalli l-organi tagħhom jiġu ossiġenati sew
biex ikunu jistgħu jintużaw għal trapjant.
Mela f'dawn il-mejtin
jekk tolqot il-post eżatt
tara rispons kultant.
Dan ir-rispons jgħidulu ir-rispons ta` Lażżru.
U issa ha nipprova nurikhom mill-aħjar li nista, billi miniex mejta.
Tagħmel hekk, tmiss il-punt eżatt.
U l-mejjet jew mejta tagħmel ... hekk.
Ma tantx tiġi apprezzata min minn jaħdem laboratorju patoloġiku.
(Daħq)
Issa jekk tista tagħmel ir-rifless ta Lażżru f'persuna mejta,
għala mhux ir-rifless orgażmatiku?
Staqsejt dil-mistoqsija lill-esperta fuq stat veġetali,
Stephanie Mann, li kienet ċuċ biżżejjed li irrisponditli l-emails.
(Daħq)
Qedtila, "Allura, hemm ċans sew
li jista` jkun hemm orgażmu f'persuna mejta?`
Qaltli " Jekk is-Sacral nerve jkun ossiġinat iva.
Hemm ċans kbir li tista"
Ovvjament ma tantx se tkun ta gost għal persuna.
Imma se tkun orgażmu --
(Daħq)
xorta.
Jien isuġġerejta lil -- riċerkatur fl-Universita t'Alabama
li jagħmel riċerka fuq l-orgażmi.
Qedtila, "Missek tesperimenta.
Taf int, għandek dawk il-kadavri kollha, ħabba xogħlok fl-universita"
Qedtila "Bis-serjeta qed ngħidlek"
Qaltli "Il-Permess mingħand il-bord ta esperimentazzjoni fuq il-bniedem f'idek."
(Daħq)
Skond l-awtur ta manwal fuq iż-żwieġ, li nħareg fl-1930
Theodoor Van de Velde,
riħa ħafifa ta sperma tista tiġi innutata ma n-nifs ta` mara
sa wara siegha li jkollha x'taqsam sesswalment.
Theodore Van de Velde kien espert ta l-isperma.
(Daħq)
Dan hu l-persuna li kiteb "Ideal Marriage - Iż-Żwieg Idejali" għal ġieħna.
Raġel eterosesswali kemm tista.
Imma fil-ktieb tiegħu "Ideal Marriage - Iż-Żwieg Idejali"
kiteb li seta jagħraf id-differenza bejn l-isperma ta raġel żagħżugħ
li skond hu, għandha riħa friska, eżilaranti
u l-isperma ta raġel matur
li l-sperma tieghu kellha riħa ta, u hawn nikkwota
"Rimarkabbli, bħal fjuri tal-Ġellewza Spanjola.
Kultant qisa fjura għada tiftaħ
u kultant ukoll qawwija wisq"
(Daħq)
Mela, fl-1999, fl-Izrael
raġel qabdu is-sulluzzu.
U kien wieħed minn dawk il-każijiet li jibqa sejjer u sejjer.
Ipprova kull ma ssuġerewlu sħabu.
Xejn ma ħadem.
Għaddew il-jiem. F'ċertu mument, dar-raġel
bis-sulluzzu għaddej, kellu x'jaqsam ma martu.
U ċum bum, is-sulluzzu telaq.
Qal lit-tabib tieghu, li ppublika rapport tal-kaz
f'ġurnal mediku Kanadiz, taht it-titlu,
"Is-Sess bħala Kura Possibli
ta Sulluzzu Kontinwu"
Joġgħobni mmens dan l-artiklu għax f'ċertu punt jissuġerixxu
li dawk li jaqbadhom is-sulluzzu u jkunu single, jippruvaw il-masturbazzjoni.
(Daħq)
Toġgħobni dik għax daħħlu parti demografika ġdida. Nies single bis-sulluzzu.
(Daħq)
Miżżewgin. Single. Single's bis-sulluzzu
Fil-bidu ta` l-1900
ġinekoloġisti, ħafna minnhom kienu jemmnu
li meta mara jkollha orgażmu,
il-kontrazzjonijiet iservu biex jiġbdu l-isperma lejn iċ-ċerviċi (cervix)
u b'hekk l-isperma tasal iżjed malajr ħdejn il-bajda.
B'hekk jiżdied iċ-ċans ta` konċepiment.
Kienet imsejħa it-tejorija "Upsuck"
(Daħq)
Jekk tmorru lura sa żmien Hippocrates,
it-tobba kienu jemmnu li l-orgażmu f'mara ma kienux biss tajbin
għal konċepiment, imma neċessarji.
It-tobba ta dak iz-żmien kienu jgħidu lil irġiel
l-importanza li jagħtu pjaċir il-marthom.
Il-kittieb tal-Marriage Manual, u espert tar-riħa ta` l-isperma
Theodore Van de Velde --
(Daħq)
għandu frażi fil-ktieb tiegħu.
Għoġobni dar-raġel, sibt ħafna xi ngħid fuqu, is-sur Theodore Van de Velde.
Mela kellu sentenza fil-ktieb tiegħu,
li suppost ġejja mill-Monarkija ta` Habsburg. (l-Awtrijaċi)
Dawn kellhom Imperatriċi Maria Tereża,
li kellha problema tikonċepixi.
U apparentament it-tabib tal-familja rjali qallha,
"Jien ta` l-opinjoni
li il-vulva, ta` l-Onorevoli Majesta`
tiġi eċċitata qabel maj jkollha x'taqsam"
(Daħq)
Apparentament, manafx fejn, hemm miktub li
Masters u Johnson: issa mxejna lejn il-ħamsinijiet (1950's).
kienu xettiċi tat-tejorija upsuck.
U anka biex tgħida iġġiblek tbissima.
Ma niżżluwiex.
U ddeċidew, billi huma Masters u Johnson,
li jinvestigawa.
Ġabu xi nisa ġo laboratorju. Naħseb kienu ħamsa.
U libbsuhom kappep fuq iċ-ċerviċi (cervix)
li kellhom fihom, sperma artifiċjali.
U f'din l-isperma artifiċjali,
kien hemm sustanza li fuq X-ray
kienet tidher, msejjħa radio-opaque.
Dan kien fil-bidu tal-ħamsinijiet.
Imsomma dawn in-nisa qadu bilqeda quddiem magna tal-X-ray.
U bdew jimmasturbaw.
U Masters u Johnson qadu attenti biex jaraw jekk l-isperma jigiex miġbud il-fuq.
Ma sabu l-ebda evidenza ta "upsuck".
Nimmaġimakhom taħsbu "Imma kif tagħmel sperma artifiċjali?"
(Daħq)
Għandi tweġiba għalikhom, anzi tnejn.
Tista tuza` jew dqiq u ilma jew lamtu tal-qamħirrun (cornstarch) u ilma
filfatt sibt dawn iġ-ġiex riċetti f'artikli differenti.
(Daħq)
Il-favorita tiegħi tkun dik li tgħid --
taf int, jkollok il-lista ta` l-ingredjenti.
u mbad ir-riċetta li tgħidlek, per eżempju,
"Tagħmel ġiex tużżani pasti"
Din kellha miktub "Tagħmel, eġakulazzjoni waħda."
(Daħq)
Hemm mod ieħor kif l-orgażmu jista jżid il-fertilita`.
Din tinvolvi l-irġiel.
L-isperma li ddum fil-ġisem għal ġimgħa jew iżjed
tibda` tifforma anormalitajiet
li jagħmluwa inqas effetiva biex ir-ras ta l-isperma isib ruħa
ġol-bajda.
Is-sesswologu Ingliż Roy Levin
spekula li din hi probabli għalfejn l-irġiel
evolvew f'masturbaturi entużjastiċi u frekwenti.
Qal "Jekk noqod inġerrieħ ta` spiss
ikolli sperma dejjem friska u b'saħħita"
Li jien ħsibta kienet ideja interessanti, tejoritikament.
Allura issa intom l-irġiel għandkhom skuża evolutarja.
(Daħq)
Okay.
(Daħq)
Mela, fl-annimali hemm evidenza konsiderevoli li l-upsuck teżisti.
Per eżempju il-ħniezer.
Fid-Danimarka, l-Kumitat Internazzjonali tal-Produzzjoni tal-Majjal,
sab illi jekk
tistimula sesswalment il-majjala qabel tuża l-inseminazzjoni artifiċjali,
ha tara titjieb ta` sitta` fil-mija fil-konċepiment,
li jisarraf f'iżjed ħnieżer żgħar prodotti.
Allura ġew b'dal-pjan. Pjan imqassam f'ħames punti ta stimulazzjoni
għal majjaliet.
Ġagħlu lir-raħħal -- għamlulhom il-posters fl-istallel
u anka DVD.
U jien għandi kopja ta dan id-DVD.
(Daħq)
Din se tkun il-punt qawwi tat-taħdita tieghi. Se nurikhom biċċa minnu.
(Daħq)
Mela.
Mela tlaqna.... la la la għax-xogħol.
Kollox jidher innoċenti.
Se jagħmel affarijiet b'idejh
li l-faħal jagħmel b'imnieħru, la m'għandux idejn. Użgur.
(Daħq)
Mela din hi. Il-faħal jinnamra naqa stramb.
(Daħq)
Din biex timita it-toqol tal-faħal/
(Daħq)
Għandkhom tkunu tafu li l-klitoride tal-majjala, qegħda ġol-vaġina.
Din naħseb tkun eċċitanti għalija. Tlaqna.
(Daħq)
U ir-riżultat.
(Applaws)
Joġgħobni dal-vidjow.
Hemm punt fil-vidjo, fil-bidu
fejn jiżżumjaw fuq idu, u għandu ċurkett taż-żwieg fuqa,
qishom qed jgħidu "Dan xogħlu biss qed jagħmel. Iva jħobbhom in-nisa."
(Daħq)
Mela. Kif qedt -- meta kont id-Danimarka, dik li ospitatni kien jisimha Anne Marie.
U staqsejta, " Allura, flok dak kollu, għala ma taqbdux tistimolaw direttament il-klitoride tal-majjala?
Għala ir-raħħala ma jagħmlux hekk?
Dik mhiex qegħda fil-ħames punti tagħkhom.
Qaltli -- u hawn se naqralkhom għax toġghobni kif qalitili.
Qalet " Il-problema ewlenija
kienet biex iġġghiel ir-raħħal imiss taħt il-vulva.
Allura għedna, mhux se nsemmu l-klitoride għalissa żgur".
(Daħq)
Raħħala li jkunu ambizzjużi imma jiddejqu, jistaw jixtru -- u din vera --
vibrator għal majjala,
li jiddendel mat-tubu ta` fejn joħrog l-isperma u jivvibra.
Għax kif semmejt,
il-klitoride, qegħda ġol-vaġina.
Possibilment, iżjed eċċitanti milli tinstema`.
U edtila ukoll,
"Dawk il-majjaliet, jekk innutajt,
qas jidhru li qed jieħdu xi pjecir ta barra minn hawn."
Irrisponditni " Ma tistax tgħid"
Għax l-annimali ma jurux
uġigħ jew pjaċir fuq wiċċhom, fl-istess mod bħalna.
Il-majjali bħal klieb.
Jużaw il-biċċa ta` fuq ta` wiċċhom, il-widnejn huma espressivi ħafna.
Jiġifieri diffiċli tkun taf x'inhi għaddejja minnu l-majjala.
Aħna il-primati, minn naħa l-oħra, nużaw ħalqna ħafna izjed.
Dan hu wiċċ is-stump-tailed macaque, waqt l-eġukulazzjoni.
(Daħq)
U, din ġiet osservata fin-nisa macaques ukoll.
Imma biss meta jitilaw jgħammru mara oħra.
(Daħq)
Masters and Johnson, fl-1950s, iddeċidew,
okay, mela se ninvestigaw iċ-ċiklu sesswali uman kollhu.
Mit-tqanqil, sa l-orgażmu, fl-irġiel u nisa.
Dak kollu li jiġri fil-ġisem uman.
Mela, fin-nisa, kollox jiġri ġewwa.
Din ma waqqfitx lil Masters and Johnson.
Ivvintaw magna tas-sess artifiċjali.
Li kienet bażikament, kamera tal-pene bil-mutur.
Kellek il-pene,
pene akriliku ċar, b'kamera u sors ta` dawl,
mwaħħla ma mutur sejjer hekk.
U n-nisa kienu jagħmlu sess magħa.
Hekk kienu jagħmlu, li hi xi ħaġa ta barra minn hawn.
Sfortunatament, dil-magna ġiet żarmata.
Tqabbadni dwejjaq kbar. Mhux għax ridt nuża.
Ridt nara imma.
(Daħq)
Mela darba
Alfred Kinsey iddeċida
li jikkalkula id-distanza medja ta kemm itir l-eġukulazzjoni.
Din ma kienitx għal kurżita biss.
Dr. Kinsey kien semgħa --
u kien hemm dit-teorija, fil-bidu ta l-1940,
li is-saħħa li
l-sperma tiġi mwaddba maċ-ċerviċi
kien fattur fil-fertilita.
Kinsey m'għemminiex. Allura beda jinvestiga,
Ġabar fil-laboratorju tiegħu
300 raġel, measuring tape (strument tal-kejl) u kamera ċinematografika.
(Daħq)
U fil-fatt sab
li tlett kwarti ta l-irġiel
l-eġukullajoni, kemm ħarġet u ċċarċret barra.
Ma kienetx mitfugħa jew eġakulata b'xi saħħa kbira.
Imma, ir-rebbieħ
ġie ikkalkullat li waddaba ftit inqas minn tmien piedi. Li hi xi ħaġa impressjonanti.
(Daħq)
(Applaws)
Eżatt.
(Daħq)
Sfortunatament, baqa anonimu. M'hemmx ismu
fl-artiklu,
fl-istess kitba, parti mill-esperiment għal ktieb tiegħu
Kinsey kiteb,
"Ġiex lożor intużaw biex jiġu protetti t-twapet."
(Daħq)
Li hu t-tieni frażi favorita għalija,
fil-kitba kollha ta` Alfred Kinsey.
Il-favorita tiegħi tkun "ġobon mxerred ħdejn koppja firien jitgħammru
se jtellfu l-mara imma mhux ir-raġel."
(Daħq)
Grazzi mill-qalb.
(Applaws)
Grazzi!