WEBVTT 00:00:00.420 --> 00:00:04.660 Google Translate hija għodda bla ħlas li tippermettilek li tittraduċi sentenzi, 00:00:04.660 --> 00:00:07.680 dokumenti u saħansitra websajts sħaħ, dak il-ħin. 00:00:07.680 --> 00:00:12.099 Imma, din il-ħaġa, kif taħdem eżattament? Filwaqt li din il-ħaġa tista' tidher bħallikieku għandna 00:00:12.099 --> 00:00:17.470 sala mimlija għafriti bilingwi jaħdmu għalina, fil-fatt, it-traduzzjonijiet tagħna ġejjin mill-kompjuters. 00:00:17.470 --> 00:00:22.520 Dawn il-kompjuters jużaw proċess imsejjaħ "traduzzjoni ta' magna statistika"--mod sabiħ kif jingħad li 00:00:22.520 --> 00:00:25.439 l-kompjuters tagħna jiġġeneraw traduzzjonijiet ibbażati fuq stili li jinstabu f'ammonti kbar ta' testi. 00:00:25.439 --> 00:00:30.539 Iżda, ejja mmorru pass lura. Jekk trid tgħallem lil xi ħadd lingwa ġdida, tista' tibda billi tgħallmu xi 00:00:30.539 --> 00:00:34.809 vokabularju u xi regoli tal-grammatika li jispjegaw kif jinbnew is-sentenzi. Kompjuter jista' jitgħallem 00:00:34.809 --> 00:00:42.379 lingwa barranija b'mod differenti - billi jirreferi għall-vokabularju u għal sett ta' regoli. 00:00:42.379 --> 00:00:46.309 Madankollu, il-lingwi huma kkumplikati u, bħalma jista' jgħidlek kull min ikun qed jitgħallem lingwa, jeżistu 00:00:46.309 --> 00:00:51.679 eċċezzjonijiet għal kważi kull regola. Meta tipprova tiġbor dawn l-eċċezzjonijiet kollha, u l-eċċezzjonijiet 00:00:51.679 --> 00:00:57.239 għall-eċċezzjonijiet, fi programm tal-kompjuter, il-kwalità tat-traduzzjoni tibda tonqos sew. 00:00:57.239 --> 00:01:01.779 Google Translate juża metodu differenti. Minflok nippruvaw ngħallmu lill-kompjuters tagħna r-regoli 00:01:01.779 --> 00:01:07.060 kollha ta' lingwa, aħna nħallu lill-kompjuters tagħna jiskopru r-regoli huma stess. Jagħmlu dan billi 00:01:07.060 --> 00:01:10.619 janalizzaw miljuni u miljuni ta' dokumenti li jkunu diġà ġew tradotti minn tradutturi umani. Dawn 00:01:10.619 --> 00:01:17.259 it-testi tradotti jiġu minn kotba, organizzazzjonijiet bħan-NU u websajts 00:01:17.259 --> 00:01:19.950 minn madwar id-dinja kollha. 00:01:19.950 --> 00:01:23.810 Il-kompjuters tagħna jiskenjaw dawn it-testi u jfittxu tendenzi li jkunu statistikament sinifikanti-- 00:01:23.810 --> 00:01:27.969 jiġifieri, tendenzi bejn it-traduzzjoni u t-test oriġinali li mhumiex probabbli li jseħħu 00:01:27.969 --> 00:01:33.829 b'kumbinazzjoni. Ladarba l-kompjuter isib tendenza, juża din it-tendenza biex jittraduċi testi 00:01:33.829 --> 00:01:38.710 simili fil-futur. Meta tirrepeti dan il-proċess għal biljuni ta' drabi, tispiċċa b'biljuni 00:01:38.710 --> 00:01:43.700 ta' tendenzi u bi programm tal-kompjuter intelliġenti ħafna. 00:01:43.700 --> 00:01:48.399 Madankollu, għal xi lingwi għandna inqas dokumenti tradotti disponibbli u għaldaqstant 00:01:48.399 --> 00:01:53.049 inqas tendenzi li s-software tagħna rnexxielu jsib. Din hija r-raġuni l-għala l-kwalità 00:01:53.049 --> 00:01:58.479 tat-traduzzjoni tagħna tvarja skont il-lingwa u l-pari lingwistiċi. Nafu li t-traduzzjonijiet 00:01:58.479 --> 00:02:03.240 tagħna mhumiex dejjem perfetti iżda billi nipprovdu testi tradotti ġodda l-ħin kollu, 00:02:03.240 --> 00:02:05.539 nistgħu nagħmlu lill-kompjuters tagħna aktar intelliġenti u t-traduzzjonijiet tagħna aħjar. 00:02:05.539 --> 00:02:09.670 Għalhekk, darb'oħra li tittraduċi sentenza jew webpage b'Google Translate, aħseb dwar dawk 00:02:09.670 --> 00:02:15.349 il-miljuni ta' dokumenti u biljuni ta' tendenzi li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għat-traduzzjoni 00:02:15.349 --> 00:02:17.650 tiegħek - u dan kollu qiegħed iseħħ f'ħakka t'għajn. 00:02:17.650 --> 00:02:19.260 Tajba l-biċċa, hux? 00:02:19.260 --> 99:59:59.999 Agħtiha prova fuq translate.google.com.