1 00:00:00,420 --> 00:00:04,660 Google Translate hija għodda bla ħlas li tippermettilek li tittraduċi sentenzi, 2 00:00:04,660 --> 00:00:07,680 dokumenti u saħansitra websajts sħaħ, dak il-ħin. 3 00:00:07,680 --> 00:00:12,099 Imma, din il-ħaġa, kif taħdem eżattament? Filwaqt li din il-ħaġa tista' tidher bħallikieku għandna 4 00:00:12,099 --> 00:00:17,470 sala mimlija għafriti bilingwi jaħdmu għalina, fil-fatt, it-traduzzjonijiet tagħna ġejjin mill-kompjuters. 5 00:00:17,470 --> 00:00:22,520 Dawn il-kompjuters jużaw proċess imsejjaħ "traduzzjoni ta' magna statistika"--mod sabiħ kif jingħad li 6 00:00:22,520 --> 00:00:25,439 l-kompjuters tagħna jiġġeneraw traduzzjonijiet ibbażati fuq stili li jinstabu f'ammonti kbar ta' testi. 7 00:00:25,439 --> 00:00:30,539 Iżda, ejja mmorru pass lura. Jekk trid tgħallem lil xi ħadd lingwa ġdida, tista' tibda billi tgħallmu xi 8 00:00:30,539 --> 00:00:34,809 vokabularju u xi regoli tal-grammatika li jispjegaw kif jinbnew is-sentenzi. Kompjuter jista' jitgħallem 9 00:00:34,809 --> 00:00:42,379 lingwa barranija b'mod differenti - billi jirreferi għall-vokabularju u għal sett ta' regoli. 10 00:00:42,379 --> 00:00:46,309 Madankollu, il-lingwi huma kkumplikati u, bħalma jista' jgħidlek kull min ikun qed jitgħallem lingwa, jeżistu 11 00:00:46,309 --> 00:00:51,679 eċċezzjonijiet għal kważi kull regola. Meta tipprova tiġbor dawn l-eċċezzjonijiet kollha, u l-eċċezzjonijiet 12 00:00:51,679 --> 00:00:57,239 għall-eċċezzjonijiet, fi programm tal-kompjuter, il-kwalità tat-traduzzjoni tibda tonqos sew. 13 00:00:57,239 --> 00:01:01,779 Google Translate juża metodu differenti. Minflok nippruvaw ngħallmu lill-kompjuters tagħna r-regoli 14 00:01:01,779 --> 00:01:07,060 kollha ta' lingwa, aħna nħallu lill-kompjuters tagħna jiskopru r-regoli huma stess. Jagħmlu dan billi 15 00:01:07,060 --> 00:01:10,619 janalizzaw miljuni u miljuni ta' dokumenti li jkunu diġà ġew tradotti minn tradutturi umani. Dawn 16 00:01:10,619 --> 00:01:17,259 it-testi tradotti jiġu minn kotba, organizzazzjonijiet bħan-NU u websajts 17 00:01:17,259 --> 00:01:19,950 minn madwar id-dinja kollha. 18 00:01:19,950 --> 00:01:23,810 Il-kompjuters tagħna jiskenjaw dawn it-testi u jfittxu tendenzi li jkunu statistikament sinifikanti-- 19 00:01:23,810 --> 00:01:27,969 jiġifieri, tendenzi bejn it-traduzzjoni u t-test oriġinali li mhumiex probabbli li jseħħu 20 00:01:27,969 --> 00:01:33,829 b'kumbinazzjoni. Ladarba l-kompjuter isib tendenza, juża din it-tendenza biex jittraduċi testi 21 00:01:33,829 --> 00:01:38,710 simili fil-futur. Meta tirrepeti dan il-proċess għal biljuni ta' drabi, tispiċċa b'biljuni 22 00:01:38,710 --> 00:01:43,700 ta' tendenzi u bi programm tal-kompjuter intelliġenti ħafna. 23 00:01:43,700 --> 00:01:48,399 Madankollu, għal xi lingwi għandna inqas dokumenti tradotti disponibbli u għaldaqstant 24 00:01:48,399 --> 00:01:53,049 inqas tendenzi li s-software tagħna rnexxielu jsib. Din hija r-raġuni l-għala l-kwalità 25 00:01:53,049 --> 00:01:58,479 tat-traduzzjoni tagħna tvarja skont il-lingwa u l-pari lingwistiċi. Nafu li t-traduzzjonijiet 26 00:01:58,479 --> 00:02:03,240 tagħna mhumiex dejjem perfetti iżda billi nipprovdu testi tradotti ġodda l-ħin kollu, 27 00:02:03,240 --> 00:02:05,539 nistgħu nagħmlu lill-kompjuters tagħna aktar intelliġenti u t-traduzzjonijiet tagħna aħjar. 28 00:02:05,539 --> 00:02:09,670 Għalhekk, darb'oħra li tittraduċi sentenza jew webpage b'Google Translate, aħseb dwar dawk 29 00:02:09,670 --> 00:02:15,349 il-miljuni ta' dokumenti u biljuni ta' tendenzi li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għat-traduzzjoni 30 00:02:15,349 --> 00:02:17,650 tiegħek - u dan kollu qiegħed iseħħ f'ħakka t'għajn. 31 00:02:17,650 --> 00:02:19,260 Tajba l-biċċa, hux? 32 00:02:19,260 --> 99:59:59,999 Agħtiha prova fuq translate.google.com.