0:00:00.420,0:00:04.660 Google Translate hija għodda bla ħlas li tippermettilek li tittraduċi sentenzi, 0:00:04.660,0:00:07.680 dokumenti u saħansitra websajts sħaħ, dak il-ħin. 0:00:07.680,0:00:12.099 Imma, din il-ħaġa, kif taħdem eżattament? Filwaqt li din il-ħaġa tista' tidher bħallikieku għandna 0:00:12.099,0:00:17.470 sala mimlija għafriti bilingwi jaħdmu għalina, fil-fatt, it-traduzzjonijiet tagħna ġejjin mill-kompjuters. 0:00:17.470,0:00:22.520 Dawn il-kompjuters jużaw proċess imsejjaħ "traduzzjoni ta' magna statistika"--mod sabiħ kif jingħad li 0:00:22.520,0:00:25.439 l-kompjuters tagħna jiġġeneraw traduzzjonijiet ibbażati fuq stili li jinstabu f'ammonti kbar ta' testi. 0:00:25.439,0:00:30.539 Iżda, ejja mmorru pass lura. Jekk trid tgħallem lil xi ħadd lingwa ġdida, tista' tibda billi tgħallmu xi 0:00:30.539,0:00:34.809 vokabularju u xi regoli tal-grammatika li jispjegaw kif jinbnew is-sentenzi. Kompjuter jista' jitgħallem 0:00:34.809,0:00:42.379 lingwa barranija b'mod differenti - billi jirreferi għall-vokabularju u għal sett ta' regoli. 0:00:42.379,0:00:46.309 Madankollu, il-lingwi huma kkumplikati u, bħalma jista' jgħidlek kull min ikun qed jitgħallem lingwa, jeżistu 0:00:46.309,0:00:51.679 eċċezzjonijiet għal kważi kull regola. Meta tipprova tiġbor dawn l-eċċezzjonijiet kollha, u l-eċċezzjonijiet 0:00:51.679,0:00:57.239 għall-eċċezzjonijiet, fi programm tal-kompjuter, il-kwalità tat-traduzzjoni tibda tonqos sew. 0:00:57.239,0:01:01.779 Google Translate juża metodu differenti. Minflok nippruvaw ngħallmu lill-kompjuters tagħna r-regoli 0:01:01.779,0:01:07.060 kollha ta' lingwa, aħna nħallu lill-kompjuters tagħna jiskopru r-regoli huma stess. Jagħmlu dan billi 0:01:07.060,0:01:10.619 janalizzaw miljuni u miljuni ta' dokumenti li jkunu diġà ġew tradotti minn tradutturi umani. Dawn 0:01:10.619,0:01:17.259 it-testi tradotti jiġu minn kotba, organizzazzjonijiet bħan-NU u websajts 0:01:17.259,0:01:19.950 minn madwar id-dinja kollha. 0:01:19.950,0:01:23.810 Il-kompjuters tagħna jiskenjaw dawn it-testi u jfittxu tendenzi li jkunu statistikament sinifikanti-- 0:01:23.810,0:01:27.969 jiġifieri, tendenzi bejn it-traduzzjoni u t-test oriġinali li mhumiex probabbli li jseħħu 0:01:27.969,0:01:33.829 b'kumbinazzjoni. Ladarba l-kompjuter isib tendenza, juża din it-tendenza biex jittraduċi testi 0:01:33.829,0:01:38.710 simili fil-futur. Meta tirrepeti dan il-proċess għal biljuni ta' drabi, tispiċċa b'biljuni 0:01:38.710,0:01:43.700 ta' tendenzi u bi programm tal-kompjuter intelliġenti ħafna. 0:01:43.700,0:01:48.399 Madankollu, għal xi lingwi għandna inqas dokumenti tradotti disponibbli u għaldaqstant 0:01:48.399,0:01:53.049 inqas tendenzi li s-software tagħna rnexxielu jsib. Din hija r-raġuni l-għala l-kwalità 0:01:53.049,0:01:58.479 tat-traduzzjoni tagħna tvarja skont il-lingwa u l-pari lingwistiċi. Nafu li t-traduzzjonijiet 0:01:58.479,0:02:03.240 tagħna mhumiex dejjem perfetti iżda billi nipprovdu testi tradotti ġodda l-ħin kollu, 0:02:03.240,0:02:05.539 nistgħu nagħmlu lill-kompjuters tagħna aktar intelliġenti u t-traduzzjonijiet tagħna aħjar. 0:02:05.539,0:02:09.670 Għalhekk, darb'oħra li tittraduċi sentenza jew webpage b'Google Translate, aħseb dwar dawk 0:02:09.670,0:02:15.349 il-miljuni ta' dokumenti u biljuni ta' tendenzi li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għat-traduzzjoni 0:02:15.349,0:02:17.650 tiegħek - u dan kollu qiegħed iseħħ f'ħakka t'għajn. 0:02:17.650,0:02:19.260 Tajba l-biċċa, hux? 0:02:19.260,9:59:59.000 Agħtiha prova fuq translate.google.com.